This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0521
Case C-521/10 P: Appeal brought on 8 November 2010 by Grúas Abril Asistencia S.L. against the order of the General Court (Second Chamber) delivered on 24 August 2010 in Case T-386/09 Grúas Abril Asistencia S.L. v European Commission
Kawża C-521/10 P: Appell ippreżentat fit- 8 ta’ Novembru 2010 minn Grúas Abril Asistencia, S.L. mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħtija fl- 24 ta’ Awissu 2010 fil-Kawża T-386/09, Gruas Abril Asistencia, S.L. vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-521/10 P: Appell ippreżentat fit- 8 ta’ Novembru 2010 minn Grúas Abril Asistencia, S.L. mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħtija fl- 24 ta’ Awissu 2010 fil-Kawża T-386/09, Gruas Abril Asistencia, S.L. vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 30, 29.1.2011, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/18 |
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 minn Grúas Abril Asistencia, S.L. mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) mogħtija fl-24 ta’ Awissu 2010 fil-Kawża T-386/09, Gruas Abril Asistencia, S.L. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-521/10 P)
()
2011/C 30/30
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Grúas Abril Asistencia, S.L. (rappreżentant: R. García García, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
Tilqa’ l-argumenti mressqa u, wara li twettaq il-formalitajiet legali neċessarji, tirrevoka d-digriet ta’ inammissibbiltà u tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli peress li l-appellanti għandha locus standi, u tiddeċiedi fuq il-mertu skont it-talbiet tal-appellanti.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell huwa intiż kontra d-digriet, mogħti mill-Qorti Ġenerali, li ddikjara l-inammissibbiltà tar-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tibdiex proċedura bil-għan li tikkorreġi l-ksur allegat. Il-Qorti Ġenerali ssostni li ma jistax jiġi ppreżentat rikors kontra tali rifjut minn individwu.
Ir-rikorrenti tqis li l-individwi, bħala destinatarji tad-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-appell u li tikkonċernahom direttament u individwalment, jistgħu jippreżentaw rikors għal annullament skont l-Artikoli 230 TKE u III-365 tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, u l-ġurisprudenza. Ir-rikorrenti titlob ir-revoka tad-digriet ta’ inammissibbiltà u li għaldaqstant ir-rikors għal annullament jiġi iddikjarat ammissibbli.