This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0520
Case C-520/10: Reference for a preliminary ruling from First-tier Tribunal (Tax Chamber) (United Kingdom) made on 8 November 2010 — Lebara Ltd v The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
Kawża C-520/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit- 8 ta’ Novembru 2010 — Lebara Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
Kawża C-520/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit- 8 ta’ Novembru 2010 — Lebara Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
ĠU C 30, 29.1.2011, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-8 ta’ Novembru 2010 — Lebara Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
(Kawża C-520/10)
()
2011/C 30/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Lebara Ltd
Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Domandi preliminari
(1) |
Meta persuna taxxabbli (il-“Kummerċjant A”) tbiegħ skedi tat-telefon li jirrappreżentaw id-dritt li jiġu rċevuti servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mingħand din il-persuna, l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummerċjant A jagħmel żewġ provvisti għall-finijiet tal-VAT: waħda fil-mument tal-bejgħ inizjali tal-iskeda tat-telefon minn Kummerċjant A lil persuna taxxabbli oħra (il-“Kummerċjant B”) u l-oħra fil-mument tal-użu tal-iskeda (jiġifieri l-użu tagħha minn persuna — “l-utent finali” — sabiex isiru t-telefonati)? |
(2) |
Jekk dan huwa il-każ, kif għandha tiġi applikata (skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni) l-VAT fil-katina ekonomika li tikkonsisti fil-bejgħ, mill-Kummerċjant A, tal-iskeda tat-telefon lil Kummerċjant B, fejn il-Kummerċjant B jerġa’ jbiegħ l-iskeda tat-telefon fl-Istat Membru B u, fl-aħħar nett, din tinxtara mill-utent finali fi Stat Membru B, li juża l-iskeda tat-telefon sabiex jagħmel telefonati? |
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).