Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0517

    Kawża C-517/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias (Spanja) fit- 2 ta’ Novembru 2010 — María Luisa Gómez Cueto vs Administración del Estado

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias (Spanja) fit-2 ta’ Novembru 2010 — María Luisa Gómez Cueto vs Administración del Estado

    (Kawża C-517/10)

    ()

    2011/C 30/28

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia de Canarias

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: María Luisa Gómez Cueto

    Konvenuta: Administración del Estado

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1) tat-28 ta’ Ġunju tapplika għall-persunal tal-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma marbuta magħhom b’relazzjoni ta’ pożizzjoni ta’ uffiċjali?

    (2)

    F’każ affermattiv, tmur kontra d-dritt Komunitarju liġi nazzjonali li ma testendix l-effetti retroattivi ta’ regola li titrasponi l-imsemmija direttiva mid-data li fiha kellha tiġi trasposta fid-dritt intern?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3. p. 368)


    Top