Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0047

Kawża C-47/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 25 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana ( Approssimazzjoni tal-liġijiet — Prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata — Tikkettjar — Żieda tal-kelma pura jew tal-espressjoni ċikkulata pura fit-tikketti ta’ ċerti prodotti )

ĠU C 30, 29.1.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-47/09) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata - Tikkettjar - Żieda tal-kelma ‘pura’ jew tal-espressjoni ‘ċikkulata pura’ fit-tikketti ta’ ċerti prodotti)

2011/C 30/02

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u D. Nardi, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ġunju 2000, rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 431) u tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ 20 Marzu 2000, fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 05, p. 75) — Tikkettjar tal-prodotti miċ-ċikkulata — Żieda tal-kelma “puro” jew tal-espressjoni “cioccolato puro” fit-tikketti tal-prodotti miċ-ċikkulata li ma fihomx xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel għajr għall-butir tal-kawkaw.

Dispożittiv

(1)

Billi tipprevedi l-possibbiltà li jiġi kkompletat permezz tal-aġġettiv “pura” l-isem tal-bejgħ tal-prodotti miċ-ċikkulata li ma fihomx xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel għajr għall-butir tal-kawkaw, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, minn naħa, l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tat-23 ta’ Ġunju 2000, rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u min-naħa l-oħra taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva u tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ 20 Marzu 2000, fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009


Top