Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XG1228(02)

    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007

    ĠU C 353, 28.12.2010, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 353/12


    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007

    2010/C 353/09

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

    L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007.

    Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti indika l-persuni u l-entitajiet li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8 tal-UNSCR 1718 (2006).

    Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1718 (2006), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjonijiet li huma jiġu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Talbiet bħal dawn għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

    United Nations — Focal point for delisting

    Security Council Subsidiary Organs Branch

    Room S-3055 E

    New York, NY 10017

    UNITED STATES OF AMERICA

    Għal aktar informazzjoni kkonsulta: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml

    B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-listi tal-persuni u l-entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007. Ir-raġunijiet biex jiġu indikati l-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill.

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fil-websajts fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 329/2007, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

    Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Segretarjat Ġenerali

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


    Top