Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC1223(05)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1250/2010

ĠU C 352, 23.12.2010, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/27


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1250/2010

2010/C 352/18

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1) tappella lill-Komunità sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jaġixxu fi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, kif imsemmi fil-lista mfassla skont l-UNSR 1533(2004), 1596(2005), 1807(2008) u 1857(2008) li għandha tiġi aġġornata regolarment mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1533(2004).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

persuni jew entitajiet li jaġixxu fi ksur tal-embargo fuq l-armi u miżuri relatati kif imsemmi fl-Artikolu 1,

mexxejja politiċi u militari ta’ gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid tal-ġellieda li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi,

mexxejja politiċi u militari tal-milizja tal-Kongo li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, u li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-ġellieda tagħhom fil-proċessi ta' diżarm, demobilizzazzjoni u riintegrazzjoni,

mexxejja politiċi u militari li joperaw fir-RDK u jirreklutaw jew jużaw it-tfal f’konflitti armati bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli,

individwi li joperaw fir-RDK u jwettqu ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi li jkunu mmirati tfal jew nisa f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat, inklużi qtil u mankament, vjolenza sesswali, ħtif u spostament furzat,

individwi li jostakolaw l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fil-parti tal-Lvant tar-RDK,

individwi jew entitajiet li jappoġġaw lill-gruppi armati illegali fil-parti tal-Lvant tar-RDK permezz tal-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali.

2.

Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fl-1 ta’ Diċembru 2010 li jżid erba’ persuni fiżiċi oħra fil-lista relevanti. Il-persuni fiżiċi kkonċernati jistgħu jissottomettu fi kwalunkwe żmien talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma' kull dokumentazzjoni ta’ appoġġ, sabiex terġa’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar ’il fuq. Talba bħal din għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/dfp.shtml

3.

Fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tan-NU msemmija f’numru 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 1250/2010 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni attivi fil-ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (3).

Għaldaqstant, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 japplikaw għall-persuni fiżiċi kkonċernati:

(a)

l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom, jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni li jitpoġġew fondi u riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tagħhom jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikoli 2); kif ukoll

(b)

il-projbizzjoni ta’ parteċipazzjoni, konsapevolment u intenzjonalment, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett taghhom ikun li, direttament jew indirettament, jiġu evitati l-miżuri msemmija fil-punt (a) hawn fuq.

4.

Il-persuni fiżiċi miżjuda mal-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, permezz tar-Regolament (UE) Nru 1250/2010, u b'żieda mad-deċiżjoni tan-NU tal-1 ta’ Diċembru 2010, jistgħu jgħarrfu lill-Kummissjoni l-opinjonijiet tagħhom dwar il-lista. Din il-komunikazzjoni għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

“Miżuri Restrittivi”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/ Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

L-attenzjoni tal-persuni fiżiċi kkonċernati hija wkoll miġbuda għall-possibbiltà li jiġi kkontestat ir-Regolament (UE) Nru 1250/2010 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-UE, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba’ u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-dejta personali tal-persuni fiżiċi kkonċernati mil-listi tar-Regolamenti (UE) Nru 1250/2010 se tiġi pproċessata skont ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (4). Kull talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' dejta personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, taħt l-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar ’il fuq.

7.

Għall-kompletezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness I dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti, elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 127, 15.5.2008, p. 84.

(2)  ĠU L 341, 23.12.2010, p. 11.

(3)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Top