This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XC1217(15)
Notice for the attention of Fahd Mohammed Ahmed Al-Quso who was added to the list referred to in Articles 2, 3 and 7 of Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban, by virtue of Commission Regulation (EU) No 1204/2010
Avviż għall-attenzjoni ta' Fahd Mohammed Ahmed Al-Quso, li hi persuna miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk tal-Al-Qaida u t-Talibani, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1204/2010
Avviż għall-attenzjoni ta' Fahd Mohammed Ahmed Al-Quso, li hi persuna miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk tal-Al-Qaida u t-Talibani, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1204/2010
ĠU C 343, 17.12.2010, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/32 |
Avviż għall-attenzjoni ta' Fahd Mohammed Ahmed Al-Quso, li hi persuna miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk tal-Al-Qaida u t-Talibani, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1204/2010
2010/C 343/20
1. |
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' Usama bin Laden, ta' membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u tat-Talibani u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont UNSCR 1267(1999). Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:
Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hi “assoċjata ma” l-Al-Qaida, Usama bin Laden jew it-Talibani jinkludu:
|
2. |
Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fis-7 ta’ Diċembru 2010 li jżid lil Fahd Mohammed Ahmed Al-Quso mal-lista relevanti. Meta jrid, huwa jista' jissottometti talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar 'il fuq. Talba bħal din għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Tista ssib aktar informazzjoni hawn: http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml |
3. |
Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fit-tieni paragrafu, il-Kummissjoni adottat Regolament (UE) Nru 1204/2010 (2) li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk tal-Al-Qaida u t-Talibani (3). L-emenda, magħmula f'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Fahd Mohammed Ahmed Al-Quso fil-lista f'Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”). Għalhekk, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni li jinsabu fl-Anness I:
|
4. |
L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprevedi proċedura ta' reviżjoni fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament (UE) Nru 1204/2010 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:
|
5. |
L-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati hija wkoll miġbuda għall-possibbiltà li jisfidaw Regolament (UE) Nru 1204/2010 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
6. |
Dejta personali tal-individwi kkonċernati se tkun trattata f'konformità mar-regoli li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità (issa tal-Unjoni) u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (6). Kwalunkwe talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' dejta personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar 'il fuq. |
7. |
Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet speċjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament. |
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.
(2) ĠU L 333, 17.12.2010, p. 45.
(3) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(4) L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).
(5) L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).