Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010TA1216(03)

    Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja li ntemmet fil- 31 ta' Diċembru 2009 , flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta

    ĠU C 342, 16.12.2010, p. 15–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 342/15


    RAPPORT

    dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2009, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta

    2010/C 342/03

    WERREJ

     

    Paragrafu

    Paġna

    INTRODUZZJONI …

    1-5

    16

    ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI …

    6-15

    16

    KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA …

    16-19

    17

    KWISTJONIJIET OĦRA …

    20-25

    17

    Tabella…

    18

    Ir-risposti tal-Impriża Konġunta

    21

    INTRODUZZJONI

    1.

    L-Impriża Konġunta Ewropea għall-implimentazzjoni tal- Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi (L-Impriża Konġunta IMI), tinsab fi Brussel u twaqqfet f'Diċembru 2007 (1) għal perjodu ta' 10 snin.

    2.

    Il-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-Kummissjoni u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (EFPIA).

    3.

    L-objettiv tal-Impriża Konġunta IMI huwa li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effettività tal-proċess ta' żvilupp tal-mediċini bil-għan li fuq terminu ta' żmien twil is-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effettivi u siguri (ara t- Tabella).

    4.

    Il-kontribuzzjoni massima tal-UE lill-Impriża Konġunta IMI biex jiġu koperti l-ispejjeż kurrenti u l-attivitajiet tar-riċerka hija ta' EUR biljun li jridu jitħallsu mis-Seba' Programm Qafas tar-Riċerka. L-UE u l-EFPIA, bħala membri fundaturi, suppost li għandhom jikkontribwixxu b'mod ugwali għall-ispejjeż tal-ġestjoni, b'kull wieħed jikkontribwixxi ammont li ma jeċċedix l-4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-UE. Membri oħra għandhom jikkontribwixxu l-ispejjeż tal-ġestjoni proporzjonalment mal-kontribuzzjoni tagħhom għall-attivitajiet tar-riċerka. Il-kumpaniji tar-riċerka li huma membri tal-EFPIA għandhom jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' attivitajiet ta' riċerka permezz ta' kontribuzzjonijiet in natura minn tal-inqas ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE. Membri ġodda għandhom ukoll jipprovdu finanzjament għall-attivitajiet tar-riċerka.

    5.

    L-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009.

    15.

    Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

    KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

    L-implimentazzjoni tal-baġit

    16.

    Il-baġit finali kin jinkludi approprijazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 82 miljun u approprijazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 82 miljun. Minħabba li sal-aħħar tal-2009 ftit attivitajiet tal-proġetti kienu nbdew, il-baġit għall-pagamenti ma kienx realistiku. Fil-fatt, filwaqt li r-rata ta' użu għall-approprijazzjonijiet tal-impenn kienet 97 %, ir-rata tal-approprijazzjonijiet tal-pagament kienet biss 1 %.

    Preżentazzjoni tal-kontijiet: kontribuzzjonijiet mill-membri

    17.

    Il-Qorti tinnota li l-attivitajiet tal-Impriżi Konġunti tal-UE huma ffinanzjati b'kontribuzzjonijiet mill-membri tagħhom, u li l-Intrapriżi Konġunti fil-fatt m'għandhom ebda kapital. Il-Qorti rrakkomandat li din il-karatteristika speċifika tal-Intrapriżi Konġunti tiġi ppreżentata b'mod ċar fil-kontijiet.

    18.

    Il-Qorti għalhekk tilqa' l-fatt li, skont ir-Regola 1 tal-Kontabilità tal-UE (Kontabilità tal-Gruppi), il-kontribuzzjonijiet mill-membri huma ppreżentati taħt l-Attivi Netti fil-Karti tal-Bilanċ tal-Intrapriżi Konġunti, u li informazzjoni ulterjuri dwar in-natura tal-kontribuzzjonijiet hija mogħtija fin-Noti għall-Kontijiet.

    19.

    Il-Qorti tikkunsidra li l-preżentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet mill-membri fil-Kontijiet għall-Impriżi Konġunti għandhom jiġu armonizzati safejn huwa possibbli u tinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li toħroġ gwida dettaljata dwar dan għall-Intrapriżi Konġunti.

    KWISTJONIJIET OĦRA

    Sistemi ta' kontroll intern

    20.

    L-Impriża Konġunta għadha kemm bdiet u matul l-2009 kienet għadha ma implimentatx il-kontrolli interni u s-sistemi ta' informazzjoni finanzjarja tagħha. Fl-aħħar tas-sena, il-proċessi li fuqhom huwa bbażat il-kummerċ kienu għadhom ma ġewx ifformalizzati u kienu għadhom ma ġewx ivvalidati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità hekk kif meħtieġ mir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta.

    21.

    B'mod partikolari, hemm bżonn li jsir aktar xogħol fid-dokumentazzjoni tal-proċessi u l-attivitajiet tal-IT, u d-deskrizzjoni tar-riskji tal-IT. Barra minn hekk l-Impriża Konġunta kienet għadha ma żviluppatx Pjan ta' Kontinwità tal-Kummerċ u lanqas politika tal-protezzjoni tad-data fl-2009.

    Nuqqas ta' ftehim dwar l-ospitalità

    22.

    Skont ir-Regolament tal-Kunsill li jwaqqaf l-Impriża Konġunta għall-IMI, għandu jiġi konkluż ftehim dwar l-ospitalità bejn l-Impriża Konġunta għall-IMI u l-Belġju dwar l-akkomodazzjoni għall-uffiċċji, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jipprovdi l-Belġju lill-Impriża Konġunta. Iżda, sal-aħħar tal-2009 ebda ftehim bħal dan kien għadu ma sar.

    Il-Funzjoni tal-Verifika Interna u s-Servizz tal-Verifika Interna tal-Kummissjoni

    23.

    L-Artikolu 73 tar-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta jistipola li l-Impriża Konġunta għandha jkollha funzjoni tal-verifika interna li għandu jkun konformi mal-istandards internazzjonali relevanti. Iżda, sal-aħħar tal-2009, dan l-element importanti tas-sistema ta' kontroll intern kien għadu ma ġiex stabbilit.

    24.

    Bi qbil mal-opinjonijiet espressi fl-Opinjonijiet tagħha Nru 4/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju Impriża Konġunta tal-Enerġija mill-Fużjoni u Nru 2/2010 dwar ir-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta ta' SESAR, il-Qorti tikkunsidra li d-dispożizzjoni preżenti fl-Istatuti tal-Impriża Konġunta dwar ir-rwol tal-awditur intern tal-Kummissjoni għandha tiġu ċċarata.

    25.

    L-Artikolu 10 tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta IMI jiddikjara li l-funzjonijiet tal-awditur intern tal-Kummissjoni għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta. Arranġament bħal dan huwa xieraq għall-funzjoni ta' verifika interna fi ħdan l-Impriża Konġunta imma mhux għall-awditur intern tal-Kummissjoni, li r-responsabbiltajiet tiegħu għandhom x'jaqsmu mal-baġit ġenerali tal-UE fl-intier tiegħu.

    Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sur Morten LEVYSOHN, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu, fil-laqgħa tagħha tal-20 ta' Ottubru 2010.

    Għall-Qorti tal-Awdituri

    Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

    President

    Tabella

    Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi (Brussell)

    Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati mit-Trattat

    Kompetenza tal-Impriża Konġunta kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill 73/2008

    Tmexxija

    Riżorsi disponibbli għall-Impriża Konġunta fl-2009

    Kisbiet prinċipali għall-2009

    Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    Titolu XIX “Ir-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Ispazju”.

    L-Artikolu 187 (l-eks Artikou 171 TKE) jistabbilixxi li:

    L-Unjoni tista’ toħloq impriżi komuni [konġunti] jew kull struttura oħra neċessarja għall-esekuzzjoni [eżekuzzjoni] effiċjenti tal-programmi tar-riċerka ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimonstrazzjoni tal-Unjoni.

    L-Artikolu 188.1 (l-eks Artikolu 172.1 TKE) jistabbilixxi li:

    Il-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 187.

    Objettivi

    L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill 73/2008 jistabbilixxi li:

    L-Impriża Konġunta għall-IMI għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru [Qafas] u b'mod partikolari t-Tema “Saħħa” tal-Programm Speċifiku Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru. Hija għandha jkollha l-objettiv li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effettività tal-proċess ta’ żvilupp tal-mediċini bil-għan fuq perjodu fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effettivi u siguri. B'mod partikolari, hi għandha:

    (a)

    tappoġġa “ir-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi prekompetittivi” fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru permezz ta’ approċċ ikkoordinat sabiex jingħelbu l-ostakoli fir-riċerka identifikati fil-proċess tal-izvilupp tal-mediċini;

    (b)

    tappoġġa l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ riċerka kif stabbiliti mill-Aġenda ta’ Riċerka tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar “Mediċini Innovattivi” (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Attivitajiet ta’ Riċerka”), b'mod partikolari permezz ta’ għotjiet wara sejħiet kompetittivi għal proposti;

    (ċ)

    tiżgura l-komplimentarjetà ma’ attivitajiet oħrajn tas-Seba' Programm Kwadru;

    (d)

    tkun sħubija pubblika-privata bil-għan li żżid l-investimenti tar-riċerka fis-settur bijofarmaċewtiku, fl-Istati Membri u fil-pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru billi jinġabru r-riżorsi u titrawwem il-kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati

    (e)

    tippromwovi l-involviment tal-SMEs fl-attivitajiet tagħha, b'konformità mal-objettivi tas-Seba' Programm Kwadru.

    Tasks

    L-Artikolu 1 tal-Istatuti anessi mar-Regolament tal-Kunsill jistabbilixxi li:

    Il-kompiti u l-attivitajiet prinċipali tal-Impriża Konġunta IMI għandhom ikunu:

    (a)

    li jiġu żgurati l-istabbiliment u l-ġestjoni sostenibbli tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar “Mediċini Innovattivi”;

    (b)

    li jiġi definit u mwettaq il-pjan ta’ implimentazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 18 permezz ta’ sejħiet għal proġett;

    (c)

    li ssir reviżjoni regolari u jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għall-Aġenda ta’ Riċerka tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar Mediċini Innovattivi fid-dawl ta’ żviluppi xjentifiċi li jseħħu waqt l-implimentazzjoni tagħha;

    (d)

    li r-riżorsi meħtieġa tas-settur pubbliku u privat jiġu mobilizzati;

    (e)

    li tiġi stabbilita u żviluppata kooperazzjoni mill-qrib u għall-perjodu fit-tul bejn l-Unjoni, l-industrija u l-partijiet interessati l-oħra bħal korpi regolatorji, organizzazzjonijiet tal-pazjenti, l-akkademja u ċ-ċentri kliniċi, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-akkademja;

    (f)

    li tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni mal-attivitajiet nazzjonali u internazzjonali f'dan il-qasam;

    (g)

    li jitwettqu attivitajiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni;

    (h)

    li jkun hemm komunikazzjoni u interazzjoni mal-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru permezz ta’ grupp stabbilit speċifikament għal dan il-għan, il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għall-IMI;

    (i)

    li tiġi organizzata mill-anqas laqgħa annwali, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Forum tal-Partijiet Interessati mal-gruppi ta’ interess biex jiġu żgurati ftuħ u trasparenza tal-Attivitajiet ta’ Riċerka tal-Impriza Konġunta għall-IMI mal-partijiet interessati tagħha;

    (j)

    li jiġu avżati l-entitajiet ġuridiċi li jkunu kkonkludew ftehim ta’ għotja, mal-Impriza Konġunta għall-IMI bl-opportunitajiet ta’ self potenzjali mill-Bank Ewropew tal-Investiment, b'mod partikolari l-Faċilità għat-Tqassim tar-Riskju Finanzjarju stabbilita skont is-Seba' Programm Kwadru.

    (k)

    li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar il-proġetti, inkluż isem il-parteċipanti u l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja kull parteċipant għall-Impriża Konġunta IMI;

    (l)

    li tiġi żgurata l-effiċjenza tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar “Mediċini Innovattivi”;

    (m)

    li titwettaq kwalunkwe attività oħra meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

    1 —   Bord ta’ Tmexxija

    Il-Bord ta’ Tmexxija huwa l-korp prinċipali li jieħu d-deċiżjonijiet tal-Impriża Konġunta IMI u għandu jkun responsabbli mis-sorveljanza tal-Impriża Konġunta fil-kisba tal-objettivi tagħha. Huwa jiżgura kollaborazzjoni bejn l-Impriża Konġunta u l-Membri tagħha fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha. Huwa għalhekk jiggarantixxi l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti mill-Impriża Konġunta IMI, partikolarment billi jingħelbu ostakli fir-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi u billi jappoġġa r-riċerka biomedika għall-benefiċċju tal-pazjenti.

    2 —   Direttur Eżekuttiv

    Id-Direttur Eżekuttiv – maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija - għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli mill-ġestjoni ta’ kuljum tal-Impriża Konġunta għall-IMI skont id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija. F'dak il-kuntest, hu għandu jinfurma regolarment lill-Bord ta’ Tmexxija u lill-Kumitat Xjentifiku kif ukoll iwieġeb għal kwalunkwe talba speċifika ad hoc tagħhom għal informazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Impriża Konġunta għall-IMI. Hu/hija għandu/ha jwettaq/twettaq il-kompiti tiegħu/tagħha b'independenza sħiħa, u jkun/tkun responsabbli lejn il-Bord ta’ Tmexxija.

    3 —   Kumitat Xjentifiku

    Il-Kumitat Xjentifiku huwa korp konsultattiv għall-Bord ta’ Tmexxija u għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'kollaborazzjoni mill-qrib ma’ u bl-appoġġ tal-Uffiċċju Eżekuttiv.

    Il-Kumitat Xjentifiku għandu jagħti pariri dwar l-Aġenda tar-Riċerka fuq il-prijoritajiet xjentifiċi għall-proposta tal-pjan ta’ implimentazzjoni annwali u dwar il-kisbiet xjentifiċi deskritti fir-rapport ta’ attività annwali.

    L-Impriża Konġunta IMI hija appoġġata wkoll minn żewġ korpi konsultattivi esterni:

    4 —   Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati fl-IMI

    Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati fl-IMI għandu jikkonsisti minn rappreżentat wieħed ta’ kull Stat Membru u ta’ kull pajjiż assoċjat mal-Programm Kwadru. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati fl-IMI għandu jkollu rwol konsultattiv għall-Impriża Konġunta għall-IMI u għandu jaġixxi bħala l-kollegament bejn l-Impriża Konġunta għall-IMI u l-partijiet interessati rilevanti fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.

    5 —   Forum tal-Partijiet Interessati

    Il-Forum tal-Partijiet Interessati huwa laqgħa miftuħa għall-partijiet interessati kollha biex jingħataw il-kummenti u mlaqqa' mill-inqas darba fis-sena mid-Direttur Eżekuttiv.

    6 —   Verifika Esterna

    Il-Qorti tal-Awdituri.

    7 —   Awtorità ta’ Kwittanza

    Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

    Baġit

    EUR 81,9 miljun ffinanzjati mill-Kontribuzzjoni tal-Unjoni u 50 % tal-ispejjeż tal-ġestjoni miġjuba mingħand EFPIA (0,5 miljun)

    Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2009

    29 kariga fil-pjan ta’ Stabbiliment Annwali li minnhom 12 okkupati sal-31/12/2009 u assenjati għad-doveri li ġejjin:

    Direttur Eżekuttiv: 1

    Xjentifiċi: 3

    Kompiti operazzjonali: 5

    Kompiti amministrattivi: 3

    Il-Kompożizzjoni tal-Impriża Konġunta IMI u t-tmexxija

    Il-Bord ta’ Tmexxija ltaqa’ 3 darbiet;

    Il-Kumitat Xjentifiku wkoll iltaqa’ 3 darbiet.

    Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati ltaqa’ darbtejn.

    Id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta, Michel Goldman, ġie maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fl-10 ta’ Ġunju 2009 u beda fil-pożizzjoni tiegħu fis-16 ta’ Settembru 2009. Sa din id-data d-Direttur Eżekuttiv interim maħtur mill-Kummissjoni Ewropea, Alain Vanvossel, wettaq id-dmirijiet ta’ Direttur Eżekuttiv Interim.

    Il-kompitu prinċipali għall-2009 kien l-azzjonijiet preparatorji meħtieġa għall-awtonomija tal-Impriża Konġunta IMI li ġiet mogħtija fis-16 ta’ Novembru 2009.

    Dawn l-azzjonijiet inkludew b’mod partikolari r-reklutaġġ tal-persunal u t-tħejjija tal-uffiċċji tal-Impriża Konġunta IMI u proċeduri għal azzjonijiet amministrattivi u operazzjonali.

    Permezz tal-awtonomija l-Impriża Konġunta IMI kellha l-kapaċità operazzjonali li timplimenta l-baġit tagħha. Sa dan il-mument il-Kummissjoni Ewropea (KE) kienet responsabbli għall-istabbiliment u l-operazzjonijiet tal-bidu tal-Impriża Konġunta IMI b’kollaborazzjoni mal-Membr Fundatur l-ieħor skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilxxi l-Impriża Konġunta IMI.

    Sejħa għall-Proposti u tmexxija tal-Proġetti

    L-ewwel Sejħa għall-porposti, varata fl-2008 – ġiet finalizzata u ġew magħżula15-il proposta għall-proġetti fil-proċess ta’ sejħa f’żewġ stadji bl-assistenza ta’ esperti indipendenti. Maġġoranza ta’ Ftehimiet tal-Għotja ntbagħtet lill-Koordinaturi tal-Proġetti għall-firma u 10 minnhom bdew sal-aħħar tas-sena.

    It-tieni sejħa għall-proposti tal-Impriża Konġunta ġiet varata fis-27 ta’ Novembru 2009 bl-iskadenza għall-ewwel stadju fi Frar 2010.

    Infrastruttura tal-IT

    Twaqqfet l-infrastruttura tal-IT fil-lok temporanju tal-Impriża Konġunta IMI. Din se tiġi ddisinjata mill-ġdid u se titwaqqaf mill-ġdid fil-bini futur.

    L-għodda tal-preżentazzjoni ġiet iddisinjata kompletament mill-ġdid b’modulu dedikat disponibbli pubblikament għal konsorzji applikanti li jippermetti l-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Espressjonijiet ta’ Interess (stadju 1 tas-Sejħiet għall-proposti).

    Komunikazzjoni

    Matul l-2009 saru tliet avvenimenti kbar tal-komunikazzjoni. Sar avveniment għall-istampa fl-14 ta’ Settembru fl-okkażjoni tal-preżentazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv il-ġdid, u għall-preżentazzjoni tas-suġġetti tat-tieni sejħa għall-proposti tal-IMI.

    Saret ġurnata ta’ informazzjoni fis-17 ta’ Novembru fejn l-applikanti potenzjali ġew infurmati dwar it-tieni Sejħa.

    Fil-15 ta’ Diċembru sar Avveniment dwar l-awtonomija.

    Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Impriża Konġunta.

    IR-RISPOSTI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

    Implimentazzjoni tal-baġit

    Paragrafu 16

    L-Impriża Konġunta IMI tagħraf ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni għall-ħlasijiet fl-2009, li kienet konsegwenza tal-fażi tal-bidu tal-impriża konġunta.

    Sistemi Interni ta' Kontroll

    Paragrafi 20-21

    L-Impriża Konġunta IMI rrikonoxxiet il-kummenti tal-Qorti. L-Impriża Konġunta tkompli tiżviluppa l-kontrolli interni tagħha u qed tieħu passi biex tindirizza l-punti msemmija mill-Qorti.

    Nuqqas ta' ftehim ta' Stat Ospitanti

    Paragrafu 22

    L-IMI Impriża Konġunta tkompli tikkopera għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' ftehim ta' Stat Ospitanti u tistenna l-eżitu tal-passi li jmiss fuq il-proċedura biex ikollha ftehim iffirmat.

    Il-Funzjoni ta' Verifika Interna u s-Servizz ta' Verifika Interna tal-Kummissjoni

    Paragrafu 23

    Għandu jinħatar awditur intern b’effett minn Novembru 2010.


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38).

    (2)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta' implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma' informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta' approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

    (3)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, kif ukoll deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta' spjegazzjoni.

    (4)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u f'informazzjoni oħra ta' spjegazzjoni.

    (5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (6)  Ir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta IMI adottati bid-Deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tagħha fit-2 ta' Frar 2009.

    (7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

    (8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

    (9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta' Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma inkorporati fir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta IMI.

    (10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).


    Top