Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments C2010/322/08

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6074 – ČEZ/EPH/Mibrag Group) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 322, 27.11.2010., 29./29. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 322/29


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6074 – ČEZ/EPH/Mibrag Group)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2010/C 322/08

    1.

    Fid-19 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha HC Fin3 NV (il-Pajjiżi l-Baxxi) hi proprjetà sħiħa tal-Energetický a průmyslový holding, a.s. (“EPH”, Repubblika Ċeka), u ČEZ, a.s. (“ČEZ”, Repubblika Ċeka) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt tal-JTSD Braunkohlebergbau GmbH (“JTSD”, Ġermanja) flimkien mal-propjetà sħiħa sussidjarja tagħha Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH (“Mibrag”, Ġermanja, Mibrag u s-sussidjarji tagħha li kollettivament huma msejħa “Mibrag Group”) li bħalissa huma kkontrollati mis-Severočeské doly a.s., sussidjarja ta' ČEZ (“SD” Repubblika Ċeka) u s-Sur Křetínský għandhom il-propjetà sħiħa ta' vettura bi skop speċjali, jiġifieri, Lignite Investments (Ċipru), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal EPH: investitur strateġiku fis-settur tal-enerġija u investitur pripnċipali fl-industrija,

    għal JTSD kumpanija b'responsabbiltà limitata li tikkontrolla b'mod sħiħ il-Mibrag,

    għal Mibrag Group attiv prinċipalment fl-estrazzjoni ta' orto-linjite, tisħin distrettwali, operazzjoni ta' impjanti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite fil-Ġermanja,

    għal SD: it-tħaffir għal-linjite fir-Repubblika Ċeka,

    għal ČEZ: attivitajiet differenti fis-settur tal-enerġija bħal (i) ġenerazzjoni, (ii) distribuzzjoni u (iii) bejgħ tal-elettiriku u t-tisħin fir-Repubblika Ċeka, u (iv) l-kummerċ tal-elettriku u t-tħaddim ta' impjanti tal-enerġija f'xi pajjiżi Ewropej oħra.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6074 – ČEZ/EPH/Mibrag Group, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Augša