Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0083(01)

    Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Titolu V ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta ċerti atti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, f'dak li jirrigwarda l-proċedura regolatorja bi skrutinju – Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Titolu V (COM(2009)0142 – C7-0047/2009 – 2009/0048(COD))

    ĠU C 285E, 21.10.2010, p. 128–128 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 285/128


    It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
    Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Titolu V ***I

    P7_TA(2009)0083

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta ċerti atti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, f'dak li jirrigwarda l-proċedura regolatorja bi skrutinju – Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Titolu V (COM(2009)0142 – C7-0047/2009 – 2009/0048(COD))

    2010/C 285 E/31

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2009)0142),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 152 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0047/2009),

    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-allinjament ta’ atti legali mad-Deċiżjoni l-ġdida dwar il-Komitoloġija (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0036/2009),

    1.

    Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta ġdida li tqis id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq tat-23 ta' Settembru 2008;

    3.

    Jitlob lill-Kummissjoni tissottometti proposti li jallinjaw l-acquis communautaire għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  Testi adotatti, P6_TA(2008)0424.


    Top