Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2010C0826(01)

    Tħabbira min-Norveġja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi – Tħabbira ta' stedina għall-applikazzjoni għal liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża – il-21 ħarġa tal-liċenzji

    ĠU C 230, 26.8.2010, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 230/8


    Tħabbira min-Norveġja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

    Tħabbira ta' stedina għall-applikazzjoni għal liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża – il-21 ħarġa tal-liċenzji

    2010/C 230/04

    Il-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt mhux Raffinat u l-Enerġija hawnhekk qiegħed iħabbar stedina għall-applikazzjoni għal liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat b'konformità mad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi, Artikolu 3(2)(a).

    Il-liċenzji għall-produzzjoni se jingħataw lil kumpaniji bi stokkijiet konġunti reġistrati fin-Norveġja jew fi Stat ieħor imsieħeb fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim taż-ŻEE), jew lil persuni naturali li huma residenti fi stat imsieħeb fil-Ftehim taż-ŻEE. Il-kumpanija bi stokkijiet konġunti għandha jkollha kapital minimu f'ishma azzjonarji ta' NOK 1 miljun jew ammont ekwivalenti fil-valuta tal-pajjiż fejn tinsab irreġistrata.

    Kumpaniji li attwalment ma għandhomx liċenzja għal fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża jistgħu jingħataw liċenzji għall-produzzjoni jekk jikkwalifikaw bħala detenturi ta’ liċenzja għal fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża.

    Il-kumpaniji li jissottomettu applikazzjonijiet individwali u l-kumpaniji li qegħdin japplikaw bħala parti minn grupp se jiġu ttrattati bl-istess mod mill-Ministeru. L-applikanti li jissottomettu applikazzjoni individwali, jew l-applikanti li jagħmlu parti minn grupp li jissottometti applikazzjoni konġunta, se jkunu kkunsidrati lkoll bħala applikant għal liċenzja għall-produzzjoni. Il-Ministeru jista', abbażi tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn gruppi jew applikanti individwali, jiddetermina l-kompożizzjoni tal-gruppi ta’ liċenzji u jaħtar operatur għal tali gruppi.

    L-għoti ta' interess parteċipanti f’liċenzja għall-produzzjoni se jkun soġġett għad-dħul tad-detenturi ta' liċenzja fi Ftehim dwar Attivitajiet marbutin maż-Żejt mhux Raffinat, li jinkludi Ftehim Konġunt Operattiv u Ftehim ta' Kontabbilità. Jekk il-liċenzja għall-produzzjoni tkun diviża b'mod stratigrafiku, id-detenturi taż-żewġ liċenzji diviżi b'mod stratigrafiku jiġu mitluba wkoll jidħlu fi Ftehim Konġunt Operattiv, li jirregola r-relazzjoni ta' bejniethom f'dan ir-rigward.

    Malli jkunu ffirmati l-ftehimiet imsemmija, id-detenturi tal-liċenzji jingħaqdu f'impriża konġunta li fiha d-daqs tal-interess parteċipanti tagħhom dejjem se jibqa’ identiku għall-interess parteċipanti tagħhom fil-liċenzja għall-produzzjoni.

    Id-dokumenti tal-liċenzja se jkunu bbażati prinċipalment fuq dokumenti rilevanti mill-Għotjiet f'Żoni Predefiniti 2010 u l-20 ħarġa tal-liċenzji. L-għan hu li l-elementi prinċipali ta' kwalunkwe aġġustamenti għall-qafas isiru disponibbli għall-industrija qabel iż-żmien għall-applikazzjoni.

    Il-kriterji għall-għoti ta' liċenzja għall-produzzjoni

    Sabiex ikun żgurat li jkun hemm ġestjoni tajba tar-riżorsi u li l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża ssir b’mod rapidu u effiċjenti, inkluż il-kompożizzjoni ta' gruppi ta' liċenzja sabiex jiżguraw dan, il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw għall-għoti tal-interessi parteċipanti fil-liċenzji għall-produzzjoni u għall-ħatra ta' operatur:

    (a)

    Il-kompetenza teknika rilevanti tal-applikant, li tinkludi kompetenza relatata ma' ħidma għall-iżvilupp, mar-riċerka, mas-sigurtà u mal-ambjent, u kif din il-kompetenza tista' tikkontribwixxi b'mod attiv għal esplorazzjoni kost effiċjenti u, kif xieraq, il-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat fiż-żona ġeografika kkonċernata.

    (b)

    Li l-applikant jkollu l-kapaċità finanzjarja sodisfaċenti biex iwettaq l-esplorazzjoni għal, u kif xieraq, il-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat fiż-żona ġeografika kkonċernata.

    (c)

    L-għarfien ġeoloġiku tal-applikant dwar iż-żona ġeografika kkonċernata, u l-proposti tad-detenturi ta’ liċenzja dwar kif beħsiebhom iwettqu l-esplorazzjoni effiċjenti għaż-żejt mhux raffinat.

    (d)

    L-esperjenza preċedenti tal-applikant fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża jew esperjenza rilevanti ekwivalenti f’żoni oħra.

    (e)

    L-esperjenza tal-Ministeru fir-rigward tal-attivitajiet tal-applikant marbutin maż-żejt mhux raffinat.

    (f)

    Meta l-applikanti japplikaw bħala parti minn grupp, il-kompożizzjoni tal-grupp, l-operatur li ġie rakkomandat u l-kompetenza kollettiva tal-grupp se jiġu kkunsidrati lkoll.

    (g)

    Il-liċenzji għall-produzzjoni se jingħataw prinċipalament lil impriża konġunta li fiha, minn tal-inqas wieħed mill-parteċipanti ħaffer minn tal-inqas bir ta' esplorazzjoni wieħed fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża bħala operatur, jew għandu esperjenza operattiva rilevanti ekwivalenti f'lokalità oħra minn barra l-Blata Kontinentali Norveġiża.

    (h)

    Il-liċenzji għall-produzzjoni se jingħataw prinċipalment lil żewġ parteċipanti jew iżjed, fejn minn tal-inqas wieħed minnhom għandu esperjenza kif imsemmi taħt g).

    (i)

    L-operatur maħtur għal-liċenzji għall-produzzjoni fil-Baħar Barents irid ikun ħaffer minn tal-inqas bir ta' esplorazzjoni wieħed fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża bħala operatur, jew ikollu esperjenza operattiva rilevanti ekwivalenti barra l-Blata Kontinentali Norveġiża.

    (j)

    L-operatur maħtur għal-liċenzji għall-produzzjoni fl-ibħra fondi jrid ikun ħaffer minn tal-inqas bir ta' esplorazzjoni wieħed fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża bħala operatur, jew ikollu esperjenza operattiva rilevanti barra l-Blata Kontinentali Norveġiża.

    (k)

    L-operatur maħtur għal-liċenzji għall-produzzjoni li fihom it-tħaffir tal-bjar ta' esplorazzjoni jimplika tħaffir bi pressjoni għolja u/jew b'temperaturi għoljin (HPHT), irid ikun ħaffer minn tal-inqas bir ta' esplorazzjoni wieħed fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża bħala operatur, jew ikollu esperjenza operattiva rilevanti ekwivalenti barra l-Blata Kontinentali Norveġiża.

    Blokki li għalihom tista' ssir applikazzjoni

    Jistgħu jiġu ppreżentati applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat għal blokok jew partijiet minn blokok fil-Baħar Norveġiż u l-Baħar Barents:

     

    6301/3

     

    6302/1,2,3

     

    6303/7,8

     

    6401/12

     

    6402/10,11,12

     

    6404/9,12

     

    6506/5

     

    6601/6,9

     

    6602/4,7

     

    6605/2,3,5,6

     

    6606/1,2,3,7,8

     

    6607/1,2,3

     

    6609/3

     

    6610/1

     

    6704/11,12

     

    6705/7,10

     

    6706/7,8,9,10,11,12

     

    6707/7,10

     

    7118/3

     

    7119/1,2,3

     

    7216/1,2,3

     

    7217/1,10,11

     

    7218/8,9

     

    7219/7,8

     

    7220/6,9,11,12

     

    7221/4

     

    7222/2,3

     

    7223/3,6

     

    7224/1,2,3,4,5

     

    7228/3,6

     

    7229/1,2,4,5

     

    7317/9

     

    7318/7,8,9

     

    7319/7,11,12

     

    7320/10,11

     

    7322/10,11

     

    7324/1,2,3,9

     

    7325/1,7

    Mapep li juru l-blokok disponibbli jinsabu fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat għaż-Żejt mhux Raffinat Norveġiż (Mapep bil-fatti: http://www.npd.no/en/Topics/Production-licences/Theme-articles/Licensing-rounds/21th-licensing-round/21round-utlysning/), jew jistgħu jinkisbu billi tikkuntattja lill-Ministeru taż-Żejt mhux Raffinat u l-Enerġija, tel. +47 22246209.

    L-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat għandhom jintbagħtu lil:

    Il-Ministeru għaż-Żejt mhux Raffinat u l-Enerġija

    P.O. Box 8148 Dep.

    0033 Oslo

    NORWAY

    Skadenza: 12.00 AM tat-3 ta’ Novembru 2010.

    L-għoti ta' liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat fil-21 ħarġa tal-liċenzji fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża se jsir mhux qabel 90 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u hu ppjanat li jsir fir-rebbiegħa tal-2011, iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011.

    Il-programm ta’ ħidma għal kull liċenzja ġdida fil-21 ħarġa tal-liċenzji se jkun ippubblikat fiż-żmien tal-għotjiet.

    It-test kollu tat-tħabbira, inklużi mapep dettaljati taż-żoni disponibbli jista’ jinkiseb billi żżur http://www.npd.no/en/Topics/Production-licences/Theme-articles/Licensing-rounds/21th-licensing-round/21round-utlysning, jew billi tikkuntattja lill-Ministeru taż-Żejt mhux Raffinat u l-Enerġija, tel. +47 22246209.


    Top