EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0018(01)

Ftehima ta' Sħubija u ta' koperazzjoni bejn il-KE u t-Taġikistan *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta' Settembru 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni ta' Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra (12475/2004 – 11803/2004 – C6-0118/2005 – 2004/0176(AVC))

ĠU C 224E, 19.8.2010, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 224/55


Il-Ħamis, 17 ta’ Settembru 2009
Ftehima ta' Sħubija u ta' koperazzjoni bejn il-KE u t-Taġikistan ***

P7_TA(2009)0018

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni ta' Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra (12475/2004 – 11803/2004 – C6-0118/2005 – 2004/0176(AVC))

2010/C 224 E/24

(Proċedura ta’ kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2004)0521),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehima ta' Sħubija u ta' Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan min-naħa l-oħra (12475/2004 u 11803/2004),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza tal-Artikolu 47(2), l-Artikoli 55 u 57(2), punt 3 ta' Artikolu 63(1), u l-Artikoli 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a tat-Trattat KE (C6-0118/2005),

wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0007/2009),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehima;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tat-Taġikistan.


Top