EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009BP0012

Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Settembru 2009 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009: Europol, Eurojust, OLAF (12952/2009 – C7-0131/2009 – 2009/2050(BUD))
ANNESS

ĠU C 224E, 19.8.2010, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 224/51


It-Tlieta, 15 ta' Settembru 2009
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009

P7_TA(2009)0012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2009 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009: Europol, Eurojust, OLAF (12952/2009 – C7-0131/2009 – 2009/2050(BUD))

2010/C 224 E/21

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif ġie adottat finalment fit-18 ta' Diċembru 2008 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-3 ta' Lulju 2009 (COM(2009)0337),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-7 ta' Settembru 2009 (12952 /2009 – C7-0131/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0010/2009),

A.

billi l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8 għall-Baġit Ġenerali 2009 jkopri:

żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u programmi ta' monitoraġġ tal-kundizzjonijiet fiżiċi tal-annimali li jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa pubblika konnessi ma' fattur estern,

il-ħolqien ta' partita fil-baġit “Operazzjoni tal-programmi Supplementari HFR tar-reattur ta' fluss għoli (HFR)”,

il-ħolqien ta' partita fil-baġit bl-isem Uffiċju Ewropew tal-Pulizija – l-ispejjeż tat-tranżizzjoni,

rinforz tas-sussidju Komunitarju għall-Eurojust,

modifika ghall-pjan ta' stabbiliment tal-OLAF,

B.

billi l-iskop tal-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009 huwa li jiddaħħlu formalment dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit 2009,

1.

Japprova bla emendi l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009 wara r-riżultati tat-trijalogu tal-1 ta' Settembru 2009 (4);

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2009.

(3)  GU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(4)  Ara l-Anness.


It-Tlieta, 15 ta' Settembru 2009
ANNESS

TRIJALOGU TAL-1 TA' SETTEMBRU 2009

Sommarju ta' konklużjonijiet

Skont il-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar dan li ġej:

abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fil-programmar finanzjarju tagħha, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnotaw li l-finanzjament tal-Europol bħala Aġenzija Komunitarja jista' jiġi żgurat fl-ambitu tal-limitu massimu tan-nefqa tas-sottointestatura 3a tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali (MFF) għall-perjodu 2007-2013; l-ammont annwali se jiġi stabbilit fil-qafas ta' kull proċedura annwali tal-baġit;

abbażi tal-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009 ippreżentat mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaċċettaw l-ispejjeż ta' tranżizzjoni ta' EUR 1 250 miljun fis-sena 2009, koperti minn allokazzjonijiet mill-ġdid fi ħdan is-sottointestatura 3a tal-MFF 2007-2013;

il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis possibbli tippreżenta abbozz ta' linji gwida komuni sabiex jiġi implimentat il-Punt 47 tal-IIA.


Top