This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009BP0011
Draft amending budget No 7/2009 European Parliament resolution of 15 September 2009 on Draft amending budget No 7/2009 of the European Union for the financial year 2009, the Klaus storm in France (12951/2009 – C7-0130/2009 – 2009/2046(BUD))
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Settembru 2009 dwar l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-maltempata Klaus fi Franza (12951/2009 C7-0130/2009 2009/2046(BUD))
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Settembru 2009 dwar l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-maltempata Klaus fi Franza (12951/2009 C7-0130/2009 2009/2046(BUD))
ĠU C 224E, 19.8.2010, p. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 224/49 |
It-Tlieta, 15 ta' Settembru 2009
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009
P7_TA(2009)0011
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2009 dwar l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-maltempata Klaus fi Franza (12951/2009 C7-0130/2009 2009/2046(BUD))
2010/C 224 E/20
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif ġie adottat finalment fit-18 ta' Diċembru 2008 (2),
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),
wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-22 ta' Ġunju 2009 (SEC(2009)0827),
wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-7 ta' Settembru 2009 (12951 /2009 C7-0130/2009),
wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0009/2009),
A. |
billi l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7 għall-baġit ġenerali 2009 jkopri l-Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta' EUR 109,4 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet relatati mal-effetti tal-maltempata li laqtet lil Franza f'Jannar 2009, |
B. |
billi l-iskop tal-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 huwa li jiddaħħal formalment dan l-aġġustament baġitarju fil-baġit 2009, |
1. |
Jinnota l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009, li huwa r-raba' baġit ta' emenda ddedikat biss għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE; |
2. |
Jieħu nota li l-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE se jkun ipprovdut mill-Kapitolu 1 4 tad-Dħul tal-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej li jikkonċerna r-Riżorsi proprji bbażati fuq id-Dħul Gross Nazzjonali skont l-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom sabiex jiġi ffinanzjat il-Kapitolu 13 06 tal-Baġit 2009 li jikkonċerna l-Fond ta' Solidarjetà; |
3. |
Japprova l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 mingħajr emendi; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.