Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009BP0010

    Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Settembru 2009 dwar l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - (11888/2009 – C7-0098/2009 – 2009/2047(BUD))

    ĠU C 224E, 19.8.2010, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 224/48


    It-Tlieta, 15 ta' Settembru 2009
    Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009

    P7_TA(2009)0010

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2009 dwar l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - (11888/2009 – C7-0098/2009 – 2009/2047(BUD))

    2010/C 224 E/19

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2008 (2),

    wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida (3),

    wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ippreżentat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Ġunju 2009 (COM(2009)0288),

    wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 mħejji mill-Kunsill fit-13 ta' Lulju 2009 (11888/2009 – C7-0098/2009)

    wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7 0003/2009),

    A.

    billi l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 6 tal-baġit għall-2009 jkopri r-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, tal-bażijiet tal-VAT u tad-DGN, tal-ibbaġitjar tal-korrezzjonijiet relevanti tar-Renju Unit kif ukoll l-iffinanzjar tagħhom u r-reviżjoni tal-iffinanzjar tat-tnaqqis tad-DGN favur l-Olanda u l-Iżvezja fl-2009,

    B.

    billi l-għan tal-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 huwa li dawn l-aġġustamenti baġitarji jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit tal-2009,

    1.

    Japprova l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 mingħajr emendi;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 69, 13.3.2009.

    (3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


    Top