EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009DP0005

L-approvazzjoni tal-ħatra tas-Sur Karel De Gucht bħala Membru tal-Kummissjoni Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 14 ta' Settembru 2009 dwar l-approvazzjoni tal-ħatra tas-Sur Karel De Gucht bħala Membru tal-Kummissjoni

ĠU C 224E, 19.8.2010, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 224/41


It-Tnejn, 14 ta' Settembru 2009
L-approvazzjoni tal-ħatra tas-Sur Karel De Gucht bħala Membru tal-Kummissjoni

P7_TA(2009)0005

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2009 dwar l-approvazzjoni tal-ħatra tas-Sur Karel De Gucht bħala Membru tal-Kummissjoni

2010/C 224 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 214(2), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 215 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-punt 4 tal-Ftehima ta' Qafas dwar relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra l-ittra ta' riżenja tas-Sur Louis Michel minn Membru tal-Kummissjoni, bid-data tat-5 ta' Lulju 2009,

wara li kkunsidra n-nomina mill-Gvern tal-Belġju għall-ħatra tas-Sur Karel De Gucht bħala Membru tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/552/KE, Euratom tas-16 ta' Lulju 2009 li taħtar Membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (2),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-9 ta’ Lulju 2009 rigward il-proċedura li għandha tiġi applikata għall-bidla tal-Kummissarji,

wara li kkunsidra l-iskambju ta’ opinjonijiet bejn il-Kummissarju nnominat u l-kumitat responsabbli tiegħu li sar fl-1 ta' Settembru 2009,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106 u l-Anness XVII, punt 2, it-tieni paragrafu tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Japprova l-ħatra tas-Sur Karel De Gucht bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2009;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.


(1)  ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 123.

(2)  ĠU L 185, 17.7.2009, p. 23.


Top