This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0246
Case T-246/10: Action brought on 25 May 2010 — Industrias Francisco Ivars v OHIM — Motive (Speed reducers)
Kawża T-246/10: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Mejju 2010 — Industrias Francisco Ivars vs UASI — Motive (Ridutturi tal-veloċità)
Kawża T-246/10: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Mejju 2010 — Industrias Francisco Ivars vs UASI — Motive (Ridutturi tal-veloċità)
ĠU C 195, 17.7.2010, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/31 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2010 — Industrias Francisco Ivars vs UASI — Motive (Ridutturi tal-veloċità)
(Kawża T-246/10)
2010/C 195/51
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Industrias Francisco Ivars, SL (Xeraco, Spanja) (rappreżentanti: E. Caballero Oliver u A. Sanz-Bermell u Martínez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Motive Srl
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, konsegwentement tiċħad l-oppożizzjoni ppreżentata minn MOTIVE S.r.L., u tiddikjara li l-għoti tad-Disinn Komunitarju Nru 000625702-001 għal “ridutturi” huwa fondat; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Disinn Komunitarju Nru 625702-0001 għal “ridutturi” fil-klassi 15/01 (muturi)
Proprjetarju tad-disinnKomunitarju: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: Motive S.r.l.
Disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Disinn Komunitarju Nru 73952-0001.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u disinn Komunitarju kkonċernat iddikjarat invalidu.
Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 4, 5 u 7 tar-Regolament Nru 6/2002, dwar id-disinji Komunitarji.