Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0236

    Kawża T-236/10: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Mejju 2010 — Asociación Española de Banca vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/31


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2010 — Asociación Española de Banca vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-236/10)

    2010/C 195/49

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Asociación Española de Banca (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS (test ikkodifikat tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji), jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat;

    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, meta japplika għal akkwist ta’ ishma li jirriżulta fi ksib ta’ kontroll, jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat;

    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 sa fejn dan jimponi obbligu ta’ rkupru fuq operazzjonijiet li twettqu qabel il-pubblikazzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tad-deċiżjoni finali li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Id-deċiżjoni kkonċernata minn dan ir-rikors hija l-istess waħda bħal dik ikkontestata fil-Kawżi T-219/10, Autogrill España vs Il-Kummissjoni, T-221/10, Iberdrola vs Il Kummissjoni u T-225/10, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni.

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali jixbhu l-motivi u l-argumenti prinċipali invokati fil-kuntest tal-imsemmija kawżi.


    Top