Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0234

Kawża T-234/10: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Mejju 2010 — Ebro Puleva vs Il-Kummissjoni

ĠU C 195, 17.7.2010, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/30


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 — Ebro Puleva vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/10)

2010/C 195/48

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ebro Puleva, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS (test ikkodifikat tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji), jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, meta japplika għal akkwist ta’ ishma li jirriżulta fi ksib ta’ kontroll, jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkonċernata minn dan ir-rikors hija l-istess waħda bħal dik ikkontestata fil-Kawżi T-219/10, Autogrill España vs Il-Kummissjoni, T-221/10, Iberdrola vs Il Kummissjoni u T-225/10, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali jixbhu l-motivi u l-argumenti prinċipali invokati fil-kuntest tal-imsemmija kawżi.


Top