Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0233

    Kawża T-233/10: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Mejju 2010 — Nike International Ltd vs UASI — Intermar Simanto Nahmias (JUMPMAN)

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/30


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2010 — Nike International Ltd vs UASI — Intermar Simanto Nahmias (JUMPMAN)

    (Kawża T-233/10)

    2010/C 195/47

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Nike International Ltd (Beaverton, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. De Justo Bailey, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Intermar Simanto Nahmias (Individual Company) (Istanbul, it-Turkija)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 738/2009-1, sa fejn tikkonferma d-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni Nru B 1326299 għall-prodotti kkontestati kollha;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; u

    tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedimenti, jekk issir parti intervenjenti f’din il-kawża

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “JUMPMAN” għal prodotti fil-klassi 25

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 2657489 tat-trade mark verbali “JUMP”, għal prodotti fil-klassi 25; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2752145 tat-trade mark verbali “JUMP”, għal prodotti fil-klassi 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni u ċaħdet ir-rikors fit-totalità tiegħu

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħad l-appell

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


    Top