Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0222

    Kawża T-222/10: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Mejju 2010 — ratiopharm vs UASI — Nycomed (ZUFAL)

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/27


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2010 — ratiopharm vs UASI — Nycomed (ZUFAL)

    (Kawża T-222/10)

    2010/C 195/42

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: ratiopharm GmbH (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Völker, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 874/2008-4.

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ZUFAL” għal prodotti fil-klassi 5

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: nycomed GmbH

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark vebali Komunitarja “ZURCAL” għal prodotti fil-klassi 5 u tliet trade marks nazzjonali “ZURCAL” għal prodotti fil-klassi 5

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx probbabiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top