Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0218

    Kawża T-218/10: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Mejju 2010 — DHL International vs UASI — Service Point Solutions (SERVICEPOINT)

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/26


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2010 — DHL International vs UASI — Service Point Solutions (SERVICEPOINT)

    (Kawża T-218/10)

    2010/C 195/41

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: DHL International GmbH (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: K.-U. Jonas, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Service Point Solutions, SA (Barcelona, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Frar 2010 fil-Każ R 62/2009-2;

    tikkundanna lill-konvenut, u sa fejn neċessarju, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “SERVICEPOINT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 20, 35 u 39

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Service Point Solutions S.A

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Service Point” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 16, 20, 35, 38, 39 and 42; trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “service point” għal prodotti u servizzi fil-klassi 16; u trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “service point” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li mhemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, u ksur tal-Artikolu 76(1) and (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni diversi dokumenti.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top