Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0214

Kawża T-214/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Mejju 2010 — Moselland vs UASI — Renta Siete (DIVINUS)

ĠU C 195, 17.7.2010, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/23


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2010 — Moselland vs UASI — Renta Siete (DIVINUS)

(Kawża T-214/10)

2010/C 195/37

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Moselland eG — Winzergenossenschaft (Bernkastel-Kues, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Dippelhofer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Renta Siete, SL (Albacete, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Frar 2010, fil-Każ R 1204/2009-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Renta Sieta, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “DIVINUS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30, 33 u 35

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva nazzjonali li fiha l-element verbali “Moselland Divinum”, għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), kif ukoll tar-Regoli 19(2) u 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (2), sa fejn il-Bord tal-Appell ma kkunsidrax debitament u/jew suffiċjentement il-provi dwar l-eżistenza ta’ drittijiet preċedenti;

ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell ma llimitax ruħu għall-provi mressqa mir-rikorrenti;

ksur tal-Artikolu 78(1), (3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 minħabba li x-xhieda ma tteħditx b’mod regolari sa fejn il-Bord tal-Appell sempliċement kiseb informazzjoni minkejja li kienet diġà prodotta prova kuntrarja għall-informazzjoni miksuba; barra minn hekk, ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell ma tax lir-rikorrenti l-opportunità tikkummenta dwar il-fatti miġbura fuq inizjattiva tiegħu stess;

ksur tar-Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 sa fejn il-Bord tal-Appell, b’mod żbaljat, ma kkunsidrax il-produzzjoni tal-konferma tal-irċevuta bħala prova suffiċjenti tal-preżentazzjoni tad-dokumenti fit-terminu previst;

ksur tat-tielet sentenza tar-Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/94 minħabba abbuż ta’ poter u, fl-aħħar nett,

ksur tar-Regola 51(b) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 sa fejn il-Bord tal-Appell, b’mod żbaljat, ma ordnax il-ħlas lura tat-taxxa tal-appell.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità


Top