Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0212

    Kawża T-212/10: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Mejju 2010 — Strålfors Aktiebolag vs UASI (IDENTIFICATION SOLUTIONS)

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/21


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2010 — Strålfors Aktiebolag vs UASI (IDENTIFICATION SOLUTIONS)

    (Kawża T-212/10)

    2010/C 195/35

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Strålfors AB (Malmö, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Nielsen, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Jannar 2010 fil-Każ R 1112/2009-2;

    tapprova l-applikazzjoni għar-registrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8235186 “IDENTIFICATION SOLUTIONS” għal “tikketti u kaxex magħmula minn karta u kartunċin (mhux għall-identifikazzjoni ta’ individwi); materjal għal-legatura tal-kotba; sustanzi li jwaħħlu għall-kartolerija jew użu fid-dar; materjali tal-artisti, pniezel; tajprajters u oġġetti neċessarji għall-uffiċċju (minbarra għamara); materjal tal-istruzzjoni u tat-tagħlim (minbarra l-apparat); materjali tal-plastik għall-ippakkjar (li mhuwiex inkluż fi klassijiet oħra); tipa tal-printer; inċiżjonijiet tal-istampar” fil-klassi 16; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “IDENTIFICATION SOLUTIONS” għal oġġetti fil-klassi 16 — applikazzjoni għar-registrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8235186

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud u d-deċiżjoni kkontestata kkonfermata

    Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8235186 “IDENTIFICATION SOLUTIONS” għandha tiġi awtorizzata għal reġistrazzjoni ta’ oġġetti fil-klassi 16 għaliex “IDENTIFICATION SOLUTIONS” hija differenti minn dawn l-oġġetti u għalhekk tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top