This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0207
Case T-207/10: Action brought on 6 May 2010 — Deutsche Telekom v Commission
Kawża T-207/10: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Mejju 2010 — Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni
Kawża T-207/10: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Mejju 2010 — Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni
ĠU C 195, 17.7.2010, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/20 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2010 — Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-207/10)
2010/C 195/33
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Cordewener u J. Schönfeld, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8107 finali rettifikata, tat-28 ta’ Ottubru 2009 (fil-verżjoni rettifikata tat-8 ta’ Diċembru 2009) fir-rigward tal-miżuri meħuda fl-Artikolu 1(2) u (3) dwar ir-regoli ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi favur ċerti investituri Spanjoli; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8107 finali rettifikata, tat-28 Ottubru 2009, fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li l-iskema ta’ għajnuna, fil-forma ta’ skema tat-taxxa taħt l-Artikolu 12(5) tal-Liġi dwar it-Taxxa Korporattiva Spanjola (iktar ’il quddiem “TRLIS”) dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa ta’ avvjament finanzjarju għall-akkwist ta’ ishma sinjifikattivi f’impriżi barranin, li ġiet mogħtija lill-benefiċjarji fil-każ ta’ akkwisti intra-Komunitarji, hija inkompatibbli mas-suq komuni. Id-deċiżjoni kkontestata tgħid li l-għajnuna trid tiġi rkuprata mir-Renju ta’ Spanja.
L-ewwel nett, insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqis li l-vantaġġ fiskali mogħti bl-applikazzjoni tal-Artikolu 12(5) TRLIS ingħata b’mod illegali, minħabba li r-Renju ta’ Spanja ma kienx informa minn qabel lill-Kummissjoni bil-liġi rilevanti, bi ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 88(3) KE (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE), u billi fil-fatt applikaha, bi ksur tal-projbizzjoni ta’ dħul fis-seħħ kif stabbilita fit-tielet sentenza tal-Artikolu 88(3) KE (it-tielet sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE). Barra minn dan, l-Artikolu 12(5) TRLIS għandu wkoll jiġi kkunsidrat bħala materjalment illegali billi, skont l-Artikolu 87(1) KE (l-Artikolu 107(1) TFUE), huwa inkompatibbli mas-suq komuni u mhuwiex possibbli li l-għajnuna tiġi permessa taħt l-Artikolu 87(2) jew (3) KE (l-Artikolu 107(2) jew (3) TFUE).
It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega, fir-rigward tal-konsegwenzi tal-konstatazzjoni li l-miżura nazzjonali għandha tiġi kkunsidrata bħala inkompatibbli mas-suq komuni, li l-Istat Membru kkonċernat għandu jirkupra din l-għajnuna mingħand il-benefiċjarji. F’dan il-kuntest, hija targumenta li dan il-prinċipju bażiku assolut huwa b’mod partikolari stabbilit fl-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999 (1).
Fl-aħħar nett hija ssostni li, f’dan il-każ partikolari, mhux possibbli li ssir eċċezzjoni għall-irkupru, minħabba li l-benefiċjarju Spanjol ma jistax jinvoka l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari li l-Kummissjoni, billi awtorizzat eċċezzjoni bbażata fuq il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ta’ ċerti gruppi ta’ investituri Spanjol, applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ġenerali tad-dritt primarju u t-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/99. Ir-rikorrenti ssostni, minn naħa, li l-Istat Spanjol ma jistax japplika l-prinċipju tal-aspettativi leġittimi għall-benefiċjarji ta’ għajnuna minħabba li ma nnotifikax l-Artikolu12(5) TRLIS. Min-naħa l-oħra, hija ssostni li ma hemmx il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi rikonoxxuta lill-benefiċjarji l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Barra minn dan, tkompli r-rikorrenti, l-interess Komunitarju li jerġgħu jiġu stabbiliti mill-ġdid il-kundizzjonijiet ġusti tas-suq permezz tal-irkupru tal-għajnuna jieħu preċedenza fuq l-interess individwali tal-benefiċjarji li jżommu l-vantaġġ fiskali għas-snin imgħoddija u dawk futuri.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88] KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).