Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0015

    Kawża T-15/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Mejju 2010 — Noko Ngele vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Talba għal miżuri provviżorji — Rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/19


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2010 — Noko Ngele vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-15/10 R)

    (“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”)

    2010/C 195/31

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Mariyus Noko Ngele (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Sabakunzi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Bordes, aġent)

    Suġġett

    Essenzjalment, talba intiża sabiex tiġi ddikjarata l-illegalità tal-attività taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Impriżi (CDE) fil-Belġju, sabiex il-Kummissjoni u l-aġenti tagħha jiġu pprojbiti milli jkollhom relazzjonijiet finanzjarji maċ-CDE jew li jirrikonoxxu l-legalità taċ-CDE u sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas somma lir-rikorrent fil-każ li l-Kummissjoni tirrikonoxxi din il-legalità.

    Dispożittiv

    (1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    (2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top