Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0200

    Kawża T-200/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Mejju 2010 — Abertis Infraestructuras vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Konċentrazzjonijiet — Deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/18


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2010 — Abertis Infraestructuras vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-200/09) (1)

    (“Rikors għal annullament - Konċentrazzjonijiet - Deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Inammissibbiltà”)

    2010/C 195/30

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Abertis Infraestructuras, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: M. Roca Junyent u P. Callol García, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Awwissu 2008, li tingħalaq il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), fir-rigward ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni bejn ir-rikorrenti u Autostrade SpA (Każ COMP/M.4388 Albertis/Autostrade).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    (2)

    Abertis Infraestructuras, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 167, 18.7.2009.


    Top