Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0128

    Kawżi T-128/08 u T-241/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Mejju 2010 — CBI u ABISP vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani lill-isptarijiet pubbliċi — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Ilment — Allegata deċiżjoni ta’ arkivjar tal-ilment — Adozzjoni ulterjuri ta’ deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/17


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2010 — CBI u ABISP vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi T-128/08 u T-241/08) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani lill-isptarijiet pubbliċi - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Ilment - Allegata deċiżjoni ta’ arkivjar tal-ilment - Adozzjoni ulterjuri ta’ deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    2010/C 195/27

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Coordination bruxelloise d’institutions sociales et de santé (CBI) (Brussell, il-Belġju); u Association bruxelloise des institutions de soins privées (ABISP) (Brussell) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, J.-P. Keppenne u B. Stromsky, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament ta’ allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tirriżulta mill-ittri tagħha tal-10 ta’ Jannar u tal-10 ta’ April 2008, li ma jinbdewx il-proċeduri previsti fl-Artikolu 88(2) KE, u li jiġi arkivjat l-ilment tar-rikorrenti rigward l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani fil-kuntest tal-finanzjament ta’ sptarijiet pubbliċi tan-netwerk IRIS (Interhospitalière régionale des infrastructures de soins) tar-Région de Bruxelles-Capitale (il-Belġju).

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Kawżi T-128/08 u T-241/08 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.

    (2)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikorsi.

    (3)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mill-commune de Saint-Gilles (il-Belġju), mill-commune d’Etterbeek (il-Belġju), mill-commune d’Ixelles (il-Belġju), mill-commune d’Anderlecht (il-Belġju), mir-Région de Bruxelles-Capitale (il-Belġju), mill-ville de Bruxelles (il-Belġju), kif ukoll mir-Repubblika tal-Finlandja.

    (4)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 142, 07.06.2008.


    Top