Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0035

Kawża T-35/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 2 ta’ Ġunju 2010 — Procaps vs UASI — Biofarma (PROCAPS) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja PROCAPS — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti PROCAPTAN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Xebh tal-prodotti u s-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

ĠU C 195, 17.7.2010, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2010 — Procaps vs UASI — Biofarma (PROCAPS)

(Kawża T-35/09) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja PROCAPS - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti PROCAPTAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti u s-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 195/26

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Procaps, SA (Barranquilla, il-Kolombja) (rappreżentant: M. Vidal-Quadras Trias de Bes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Biofarma SAS (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: A. Ruiz López u V. Gil Vega, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2008 (Każ R 867/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Biofarma SAS u Procaps, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Procaps, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 21.3.2009


Top