Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0257

    Kawża C-257/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Regeringsrätten (l-Isveżja) fil- 25 ta’ Mejju 2010 — Försäkringskässan vs Elisabeth Bergström

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Regeringsrätten (l-Isveżja) fil-25 ta’ Mejju 2010 — Försäkringskässan vs Elisabeth Bergström

    (Kawża C-257/10)

    2010/C 195/22

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Regeringsrätten

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Försäkringskässan

    Konvenuta: Elisabeth Bergström

    Domandi preliminari

    (1)

    Skont id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Ftehim mal-Isvizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni u l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 (1), jista’ perijodu ta’ kwalifika għal benefiċċju tal-familja fil-forma ta’ benefiċċju għall-kura tat-tfal bbażat fuq id-dħul jiġi kkompletat kollu kemm hu permezz ta’ impjieg u assigurazzjoni fl-Isvizzera?

    (2)

    Skont id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, il-Ftehim mal-Isvizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni u l-Artikoli 3(1) u 72 tar-Regolament Nru 1408/71, dħul magħmul fl-Isvizzera għandu jitqabbel ma’ dħul domestiku fid-determinazzjoni tad-dritt għal benefiċċju tal-familja fil-forma ta’ benefiċċju għall-kura tat-tfal bbażat fuq id-dħul?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1. p. 35.


    Top