Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0253

    Kawża C-253/10: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/14


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

    (Kawża C-253/10)

    2010/C 195/21

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Partijiet

    Rikkorenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Tokár u A. Marghelis, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka

    Talbiet tar-rikorrenti:

    tikkonstata li r-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma sa fejn hija ma addotatx strateġija nazzjonali sabiex timplementa t-tnaqqis tar-rimi ta’ skart bijodegradabbli, skont l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva;

    tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, l-“Istati Membri jridu jibdew strateġija nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-riduzzjoni ta’ skart bijodegradabbli li jmur ġo terraferma, mhux aktar tard min sentejn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’din l-istrateġija”. L-Artikolu 18(1) jipprovdi li l-“Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ, regolamenti u dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jaqblu ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn sentejn minn wara d-dħul tagħha fis-seħħ”. Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 19 tagħha, id-direttiva daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 1999. Għaldaqstant, kellha tikkonforma ruħha ma’ din id-direttiva sas-16 ta’ Lulju 2001 u tissodisfa l-obbligu li tfassal strateġija nazzjonali, kif meħtieġ mill-Artikolu 5(1) qabel is-16 ta’ Lulju 2003.

    Peress li l-Artikolu 54 tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni ma stabbilixxiex terminu ieħor għall-Istati Membri l-ġodda, ir-Repubblika Slovakka kienet marbuta, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva sabiex tfassal strateġija nazzjonali sabiex timplementa t-tnaqqis tar-rimi ta’ skart bijodegradabbli sad-data tal-adeżjoni tagħha, jiġifieri l-1 ta’ Mejju 2004. Ir-Repubblika Slovakka għada ma nnotifikatx lill-Kummissjoni b’tali strateġija sa llum.

    Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea hija tal-fehma li r-Repubblika Slovakka ma ssodisfatx l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma.


    Top