Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0229

    Kawża C-229/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Cível da Comarca do Porto (il-Portugall) fl- 10 ta’ Mejju 2010 — Maria Alice Pendão Lapa Costa Ferreira, Alexandra Pendão Lapa Ferreira vs Companhia de Seguros Tranquilidade SA

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Cível da Comarca do Porto (il-Portugall) fl-10 ta’ Mejju 2010 — Maria Alice Pendão Lapa Costa Ferreira, Alexandra Pendão Lapa Ferreira vs Companhia de Seguros Tranquilidade SA

    (Kawża C-229/10)

    2010/C 195/17

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Cível da Comarca do Porto

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Maria Alice Pendão Lapa Costa Ferreira, Alexandra Pendão Lapa Ferreira

    Konvenuti: Companhia de Seguros Tranquilidade SA

    Domandi preliminari

    (1)

    L-interpretazzjoni tal-Artikolu 505 tal-Código Civil (Kodiċi Ċivili Portugiż), li jistabbilixxi li r-responsabbiltà għar-riskju li jirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur hija eskluża fil-każ ta’ inċident li għalih il-persuna miexja fit-triq hija unikament u esklużivament responsabbli, hija konformi mad-Direttivi Ewropej dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja tal-Vetturi (72/166/KEE (1), 84/5/KEE (2), 90/232/KEE (3), 2000/26/KEE (4) u 2005/14/KE (5) u, b’mod partikolari mal-Artikolu 1A tad-Direttiva 90/232/KEE?

    (2)

    L-interpretazzjoni tal-Artikolu 570 tal-istess Código Civil, li jistabbilixxi li l-kumpens jista’ jitnaqqas jew jiġi eskluż, abbażi tal-gravità tat-tort taż-żewġ partijiet, meta ksur min-naħa tal-persuna ppreġudikata jkun ikkontribwixxa għat-twettiq jew għall-aggravament tad-dannu, hija konformi ma’ dawn l-istess direttivi?

    (3)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, liema huma d-direttivi li jipprekludu interpretazzjoni li tippermetti l-limitazzjoni jew it-tnaqqis tal-kumpens, fid-dawl tat-tort tal-persuna miexja fit-triq, minn naħa, u tar-riskju kkawżat mill-vettura bil-mutur, min-naħa l-oħra, fl-iżvolġiment tal-ħsara?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 72/166/KE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10)

    (2)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3)

    (3)  It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249)

    (4)  Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE (Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 331)

    (5)  Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 149, p. 14)


    Top