Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0223

    Kawża C-223/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/12


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

    (Kawża C-223/10)

    2010/C 195/16

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Adam u I. Hadjiyiannis, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE, tat-18 ta’ Lulju 2008, li jemenda [temenda] fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2005/78/KE (1) sa fejn naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-direttiva msemmija jew sa fejn naqset milli tikkomunikahom lill-Kummissjoni;

    tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva 2008/74 skada fit-2 ta’ Jannar 2009.


    (1)  ĠU L 192, p. 51.


    Top