Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0199

    Kawża C-199/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis- 26 ta’ April 2010 — Secilpar — Sociedade Unipessoal SL vs Fazenda Pública

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/4


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-26 ta’ April 2010 — Secilpar — Sociedade Unipessoal SL vs Fazenda Pública

    (Kawża C-199/10)

    2010/C 195/08

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Secilpar — Sociedade Unipessoal SL

    Konvenuta: Fazenda Pública

    Domanda preliminari

    Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim konkluż bejn il-Portugall u Spanja dwar ħelsien minn taxxa doppja, it-tnaqqis mit-taxxa mħallsa minn ras il-għajn fuq id-dħul għas-sena 2003, kif ġiet intaxxata kumpannija mhux residenti fit-territorju nazzjonali, ta’ 15 %, fuq dividendi likwidi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha, fil-kapaċità tagħha ta’ azzjonista ta’ kumpannija residenti fi Stat Membru, skont l-Artikoli 80(2)(c), u 88(3)(b), (4) u (5) taċ-CIRC (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares) u l-Artikolu 59 tal-EBF (Estatuto dos Benefícios Fiscais), fil-verżjoni tagħhom applikabbli dak iż-żmien, jikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ libertà ta’ stabbiliment u tal-moviment liberu tal-kapital, stabbiliti fl-Artikoli 12, 43, 46, 56 u 58(3) tat-Trattat KE, kif ukoll l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/435/KEE (1)?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147)


    Top