Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0192

    Kawża C-192/10: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/3


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

    (Kawża C-192/10)

    2010/C 195/05

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u A. Marghelis, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

    Talbiet tar-rikorrenti

    tikkonstata li billi ma adottax il-miżuri nazzjonali neċessarji biex jiżgura l-osservanza tal-obbligi dwar l-għeluq, l-amministrazzjoni u l-kontroll wara l-għeluq tal-landfill ta’ Cova da Loba, li tinsab f’O Grove (Pontevedra, Galicia), ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (1);

    tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    (1)

    L-għan prinċipali tad-Direttiva 1999/31/KE huwa li jiġu pprevenuti jew imnaqqsa, sa fejn possibbli, l-effetti negattivi fuq l-ambjent li jġib miegħu r-rimi ta’ skart f’landfill u, b’mod partikolari, it-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, tal-ilma ta’ taħt l-art, tal-art u tal-arja, inkluż l-effett serra, kif ukoll ir-riskji li jirriżultaw għas-saħħa tal-bniedem, matul il-perijodu kollu ta’ ħajja tal-landfill.

    (2)

    Kif jirriżulta mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti Spanjoli, il-landfill ta’ Cova da Loba ġiet awtorizzata fl-2000. Għalhekk din hija landfill eżistenti fis-sens tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31/KE.

    (3)

    Il-landfill ta’ Cova da Loba ġiet abbandunata, mingħajr ma ngħalqet u mingħajr ma ġew żgurati l-amministrazzjoni u l-kontroll tagħha wara l-għeluq, kif previst mill-Artikolu 13 tad-direttiva.

    (4)

    Konsegwentement, mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli jirriżulta li l-proċedura ta’ għeluq tal-landfill ta’ Cova da Loba ma tlestietx. Konsegwentement, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ din il-landfill tikser l-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 1999/31/KE.


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol 4, p. 228


    Top