Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0187

    Kawża C-187/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis- 16 ta’ April 2010 — Baris Unal vs Staatssecretaris van Justitie

    ĠU C 195, 17.7.2010, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 195/2


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ April 2010 — Baris Unal vs Staatssecretaris van Justitie

    (Kawża C-187/10)

    2010/C 195/03

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Baris Unal.

    Konvenuta: Staatssecretaris van Justitie.

    Domanda preliminarja

    L-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, moqri, b’mod partikolari, flimkien mal-prinċipju taċ-ċertezza legali, jipprojbixxi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, wara li jkun skada t-terminu ta’ sena msemmi mill-artikolu ċċitat iktar ’il fuq, milli jirrevokaw, f’każ li ma hemmx aġir frawdolenti, il-permess ta’ residenza ta’ ħaddiem Tork b’effett retroattiv mill-mument li fih ma tibqax tiġi sodisfatta l-bażi legali nazzjonali li abbażi tagħha nħareġ il-permess ta’ residenza?


    Top