Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/187/06

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5901 – Montagu/GIP/Greenstar) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 187, 10.7.2010, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/14


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5901 – Montagu/GIP/Greenstar)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2010/C 187/06

    1.

    Fit-30 ta’ Ġunju 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Montagu Private Equity LLP (“Montagu”, ir-Renju Unit) u Global Infrastructure Partners – (“GIP”, l-Istati Uniti), ikkontrollata b'mod konġunt minn General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti), Credit Suisse Groupe (“CSG”, l-Isvizzera) u Global Infrastructure Management Participation LLC (“GIMP”, l-Istati Uniti), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Greenstar Holdings Ltd u s-sussidjarji tagħha (“Greenstar”, ir-Renju Unit u Wales), proprjetà ta' NTR (“NTR”, l-Irlanda) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Montagu: investiment f'ekwità privata,

    GIP: investiment fl-infrastruttura,

    GE: teknoloġija u servizzi diversifikati,

    CSG: servizzi bankarji ta' investiment, servizzi bankarji privati, amministrazzjoni tal-assi u servizzi finanzjarji oħra,

    GIMP: kumpanija possedenti involuta fil-provvista ta' servizzi ta' amministrazzjoni ta' assi,

    Greenstar: immaniġġjar tal-iskart,

    NTR: grupp fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5901 – Montagu/GIP/Greenstar, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top