Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document C2010/187/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5826 – Anglo Irish Bank/RBS/Arnotts) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 187, 10.7.2010, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/15


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5826 – Anglo Irish Bank/RBS/Arnotts)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2010/C 187/07

    1.

    Fit-2 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Anglo Irish Bank Corporation Limited (“Anglo Irish Bank”, l-Irlanda) u The Royal Bank of Scotland Group plc (“RBS”, ir-Renju Unit), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Arnotts Holdings Limited (“Arnotts”, l-Irlanda) fuq bażi kuntrattwali.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Anglo Irish Bank: servizzi bankarji, finanzi kummerċjali u ta' propjetà,

    għal RBS: servizzi bankarji u finanzjarji,

    għal Arnotts: ħwienet bl-imnut mhux speċjalizzati fl-Irlanda.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5826 – Anglo Irish Bank/RBS/Arnotts, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Haut