Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/171/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5778 – Novartis/Alcon) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 171, 30.6.2010, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5778 – Novartis/Alcon)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 171/09

1.

Fit-18 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Novartis AG (“Novartis”, l-Isvizzera) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Alcon Inc. (“Alcon”, l-Isvizzera) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Novartis: l-iżvilupp, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjolni ta' prodotti mediċinali (kif ukoll għall-kura tal-għajnejn); lentijiet tal-kuntatt u prodotti għall-kura tal-lentijiet; vaċċin umani u prodotti għas-saħħa tal-annimali,

għal Alcon: l-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni tal-prodotti għall-kura tal-għajnejn u sa ċertu punt prodotti għat-trattament tal-mard tal-widna u tal-imnieħer.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5778 – Novartis/Alcon, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top