Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/168/08

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5889 – United Air Lines/Continental Airlines) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 168, 26.6.2010, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 168/9


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5889 – United Air Lines/Continental Airlines)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2010/C 168/08

    1.

    Fil-21 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża United Air Lines, Inc. (“United”, l-Istati Uniti tal-Amerika) tidħol f'amalgamazzjoni legali sħiħa ma' Continental Airlines, Inc. (“Continental” l-Istati Uniti tal-Amerika) skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal United: provvista ta' servizzi tal-ajru għall-passiġġieri u merkanzija, kif ukoll il-provvista ta' servizzi oħra (manutenzjoni, tiswija u eżaminazzjoni bir-reqqa qabel it-tiswija ta' inġenji tal-ajru),

    għal Continental: provvista ta' servizzi tal-ajru għall-passiġġieri u merkanzija, kif ukoll il-provvista ta' servizzi oħra (manutenzjoni, tiswija u eżaminazzjoni bir-reqqa qabel it-tiswija ta' inġenji tal-ajru).

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5889 – United Air Lines/Continental Airlines, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top