EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/147/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5838 – Bertelsmann/Planeta/Círculo) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 147, 5.6.2010, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5838 – Bertelsmann/Planeta/Círculo)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 147/09

1.

Fil-31 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Media Finance Holding S.L. ikkontrollata minn Bertelsmann AG (“Bertelsmann”, il-Ġermanja) u Editorial Planeta S.A. ikkontrollata minn Planeta Corporación S.R.L. (“Planeta”, Spanja), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Círculo de Lectores S.A. (“Círculo”, Spanja) permezz tax-xiri ta' ishma fil-kumpanija l-ġdida li tikkostitwixxi intrapriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Bertelsmann: televiżjoni, ippubblikar ta' kotba, ippubblikar ta' rivisti, ġestjoni ta' drittijiet tal-mużika, bejgħ minn distanza, servizzi tal-midja u klabbs tal-midja,

għal Planeta: il-produzzjoni ta' kontenut ta' natura kulturali, edukattiva kif ukoll ta' aħbarijiet u ta' divertiment, għas-swieq ta' lingwa Spanjola u ta' lingwa Franċiża,

għal Círculo: klabb tal-kotba.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5838 – Bertelsmann/Planeta/Círculo, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top