Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0201

    ERDF, ESF u l-Fond ta’ Koeżjoni: Dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 2 ta' April 2009 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja (17575/2008 - C6-0027/2009 – 2008/0233(AVC))

    ĠU C 137E, 27.5.2010, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 137/61


    Il-Ħamis, 2 ta’ April 2009
    ERDF, ESF u l-Fond ta’ Koeżjoni: Dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja ***

    P6_TA(2009)0201

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja (17575/2008 - C6-0027/2009 – 2008/0233(AVC))

    2010/C 137 E/15

    (Proċedura ta' kunsens)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2008)0803 - 17575/2008),

    wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 161 paragrafu 3, tat-Trattat KE (C6-0027/2009),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 75(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6–0127/2009),

    1.

    Jagħti l-kunsens tiegħu għall-proposta għal regolament tal-Kunsill;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    Top