Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0199

    Kontroll ġudizzjarju fil-qafas tal-proċeduri ta' qabel is-sentenza * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 2 ta' April 2009 dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (17002/2008 – C6-0009/2009 – 2006/0158(CNS))

    ĠU C 137E, 27.5.2010, p. 53–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 137/53


    Il-Ħamis, 2 ta’ April 2009
    Kontroll ġudizzjarju fil-qafas tal-proċeduri ta' qabel is-sentenza *

    P6_TA(2009)0199

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (17002/2008 – C6-0009/2009 – 2006/0158(CNS))

    2010/C 137 E/13

    (Proċedura ta' konsultazzjoni - konsultazzjoni mġedda)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (17002/2008),

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0468),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2007 (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skont liema Artikolu l-Kunsill reġa' kkonsulta mal-Parlament (C6-0009/2009),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 93, 51u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6–0147/2009),

    1.

    Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

    2.

    Jistieden lill-Kunsill sabiex jemenda t-test f'dan is-sens;

    3.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz b'mod sustanzjali jew li jissostitwih b'test ieħor;

    5.

    Jekk dan l-abbozz ma jkunx adottat qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, huwa determinat li jikkunsidra kwalunkwe proposta futura permezz tal-proċedura ta’ urġenża, b’koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

    6.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    ABBOZZ TAL-KUNSILL

    EMENDA

    Emenda 1

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Premessa 13 a (ġdida)

     

    (13a)

    Fil-każ ta' ksur ta' miżura ta' sorveljanza Ewropea, l-awtorità tal-ħruġ tista' tiddeċiedi li toħroġ mandat ta' arrest Ewropew bl-iskop tat-trasferiment tal-persuna kkonċernata lejn l-Istat emittenti. F'ċirkustanzi bħal dawn, li għandhom ikunu limitati strettament għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas, id-Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/JHA tkopri l-offiżi kollha li fir-rigward tagħhom tista' tinħareġ miżura ta' sorveljanza Ewropea.

    Emenda 2

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Premessa 17 a (ġdida)

     

    (17a)

    Sett komuni u uniformi ta’ salvagwardji proċedurali huwa prerekwiżit neċessarju biex tiġi żgurata applikazzjoni ġusta u effettiva tal-miżuri li jikkonċernaw il-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali; il-Kunsill, filwaqt li jqis kif xieraq l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta bla dewmien strument legali dwar salvagwardji proċedurali fil-proċedimenti legali, abbażi tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza, li għandu jinkludi tal-anqas l-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità ġudizzjarja għal kwalunkwe restrizzjoni jew ċaħda tal-libertà, id-dritt għal “Ittra tad-Drittijiet”, id-dritt għall-parir legali, id-dritt għall-evidenza, id-dritt li wieħed ikun infurmat dwar in-natura u r-raġunijiet tal-akkużi u l-bażi tas-suspett, id-dritt għall-aċċess għad-dokumenti relevanti kollha f'lingwa li l-persuna kkonċernata tifhem u d-dritt għal interpretu;

    Emenda 3

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Article 2 - paragraph 2 a (new)

     

    2a.     Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni Qafas, persuna hija meqjusa mhux residenti meta r-residenza legali u ordinarja tagħha tkun tinsab fi Stat Membru li mhuwiex dak fejn ikunu għaddejjin il-proċedimenti.

    Emenda 4

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 4 - punt a

    a)

    “deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni” għandha tfisser deċiżjoni infurzabbli mogħtija matul proċedimenti kriminali minn awtorità kompetenti tal-Istat emittenti f'konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali tiegħu u li timponi fuq persuna fiżika, bħala alternattiva għad-detenzjoni proviżorja, miżura waħda jew aktar ta' superviżjoni;

    a)

    “deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni” għandha tfisser deċiżjoni infurzabbli mogħtija matul proċedimenti kriminali minn awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat emittenti f'konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali tiegħu u li timponi fuq persuna fiżika, bħala alternattiva għad-detenzjoni proviżorja, miżura waħda jew aktar ta' superviżjoni;

    Emenda 5

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 4 - punt d a (ġdid)

     

    (da)

    “l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti” għandha tfisser qorti, imħallef, maġistrat tal-investigazzjoni jew prosekutur pubbliku, b'kompetenza skont il-liġi nazzjonali biex joħroġ deċiżjoni dwar il-miżuri ta' superviżjoni;

    Emenda 6

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 4 - punt d b (ġdid)

     

    (db)

    “l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni” għandha tfisser qorti, imħallef, maġistrat tal-investigazzjoni jew prosekutur pubbliku, b'kompetenza skont il-liġi nazzjonali biex jesegwixxi u jimmonitorja deċiżjoni dwar il-miżuri ta' superviżjoni

    Emenda 7

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 5 a (ġdid)

     

    Artikolu 5a

    Data personali

    L-ipproċessar tad-data peronali għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għandu jkun konformi tal-anqas mal-prinċipji bażiċi stipulati fid-Deċiżjoni Qafas 2008/977/JHA tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali (2) u fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 dwar il-Protezzjoni tal-Individwi rigward l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali u l-protokolli sussegwenti.

    Emenda 8

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 6 - paragrafu 2

    2.     Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jinnominaw awtoritajiet non-ġudizzjarji bħala l-awtoritajiet kompetenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet skont din id-Deċiżjoni Qafas, dment li tali awtoritajiet ikollhom il-kompetenza għat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' natura simili skont il-liġi u l-proċeduri nazzjonali tagħhom.

    imħassar

    Emenda 9

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt f a (ġdid)

     

    fa)

    obbligu li tiġi ddepożitata ċertu somma ta' flus jew li tingħata tip ieħor ta’ sigurta', li tista' tiġi pprovduta permezz ta' numru speċifiku ta' pagamenti bin-nifs jew f'pagament wieħed.

    Emenda 10

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 8 - paragrafu 2 - punt c

    c)

    obbligu li tiġi ddepożitata ċertu somma ta' flus bħala garanzija jew li tingħata tip ieħor ta' garanzija, li tista' tingħata jew permezz ta' numru speċifiku ta' pagamenti bin-nifs jew inkella f'darba;

    imħassra

    Emenda 11

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 9 - paragrafu 1

    1.   Deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni tista' tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-persuna qed tirrisjedi legalment u ordinarjament, f'każijiet fejn il-persuna li ġiet infurmata dwar il-miżuri kkonċernati, tagħti l-kunsens tagħha biex tirritorna f'dak l-Istat.

    1.   Deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni tista' tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-persuna qed tirrisjedi legalment u ordinarjament, f'każijiet fejn il-persuna li ġiet infurmata b'mod adegwat dwar il-miżuri kkonċernati b'lingwa li hu/hi jifhem/tifhem , tagħti l-kunsens tagħha biex tirritorna f'dak l-Istat.

    Emenda 12

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 13 - paragrafu 2

    2.   Il-miżura ta' superviżjoni adattata m'għandhiex tkun aktar severa mill-miżura ta' superviżjoni li kienet imposta oriġinarjament.

    2.   Il-miżura ta' superviżjoni adattata għandha tkun ta' natura teknika biss u m'għandhiex timponi minnha nnifisha kwalunkwe obbligu addizzjonali fuq il-persuna kkonċernata. Hija m'għandhiex tkun aktar severa mill-miżura ta' superviżjoni li kienet imposta oriġinarjament.

    Emenda 13

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 14 - paragrafu 1

    1.     Ir-reati li ġejjin, jekk huma punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' kustodja jew miżura li tinvolvi ċaħda ta' libertà għal perijodu massimu ta' mill-inqas tliet snin, u skont kif inhuma definiti bil-liġi tal-Istat emittenti, għandhom, skont it-termini ta' din id-Deċiżjoni Qafas u mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-att, iwasslu għal rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni:

    parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali,

    terroriżmu,

    traffikar tal-bnedmin,

    sfruttament sesswali ta' tfal u l-pornografija bi tfal,

    traffikar illeċitu fid-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi,

    traffikar illeċitu ta' armi, munizzjoni u splussivi,

    korruzzjoni,

    frodi, inkluża dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej skont it-tifsira tal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej,

    laundering ta' rikavati mill-kriminalità,

    falsifikazzjoni ta' flus, inkluż l-euro,

    atti kriminali konnessi mal-informatika,

    reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċi ta' annimali fil-periklu li jinqerdu u ta' speċi ta' pjanti u varjetajiet fil-periklu li jinqerdu,

    faċilitazzjoni tad-dħul u tar-residenza mhux awtorizzati,

    omiċidju, offiża gravi fuq persuna,

    kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti umani,

    ħtif ta' persuni, iż-żamma illegali ta' persuni u t-teħid ta' ostaġġi,

    razziżmu u xenofobja,

    serq kwalifikat bil-vjolenza, organizzat jew bl-użu ta' armi,

    it-traffikar illeċitu f'beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti,

    frodi,

    racketeering u estorsjoni,

    falsifikazzjoni u piraterija ta' prodotti,

    falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

    falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas,

    traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u growth promoters oħra,

    traffikar illeċitu ta' materjali nukleari jew radjoattivi,

    traffikar ta' vetturi misruqa,

    stupru,

    inċendju volontarju,

    atti kriminali li jaqgħu fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

    ħtif illegali ta' inġenji tal-ajru/bastimenti,

    sabutaġġ.

    imħassra

    Emenda 14

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 14 - paragrafu 2

    2.     Il-Kunsill jista', filwaqt li jaġixxi unanimament wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiddeċiedi fi kwalunkwe waqt li jżid kategoriji oħrajn ta' reati mal-lista fil-paragrafu 1. Il-Kunsill għandu jeżamina, fid-dawl tar-rapport ippreżentat lilu skont l-Artikolu 27 ta' din id-Deċiżjoni Qafas, jekk il-lista għandhiex tiġi estiża jew emendata.

    imħassra

    Emenda 15

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 14 - paragrafu 3

    3.     Għal reati oħra barra dawk koperti mill-paragrafu 1, l-Istat ta' esekuzzjoni jista' jagħmel ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni soġġett għall-kondizzjoni li d-deċiżjoni tirrigwarda atti li jikkostitwixxu wkoll reat skont il-liġi tal-Istat ta' esekuzzjoni, indipendentement mill-elementi kostituttivi jew minn kif inhu deskritt.

    imħassra

    Emenda 16

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 14 - paragrafu 4

    4.     L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet kostituzzjonali, mal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas, permezz ta' dikjarazzjoni notifikata lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jiddikjaraw li huma ma humiex ser japplikaw il-paragrafu 1 fir-rigward ta' xi reati jew tar-reati kollha msemmijin f'dak il-paragrafu. Tali dikjarazzjoni tista' tiġi rtirata fi kwalunkwe mument. Tali dikjarazzjonijiet jew irtirar ta' dikjarazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    imħassra

    Emenda 17

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 15 - paragrafu 1 - punt d

    (d)

    id-deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni hija relatata, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3) u, fejn l-Istat ta' esekuzzjoni jkun għamel dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 14(4), fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 14(1), għal att li ma jkunx jikkostitwixxi reat taħt il-liġi tal-Istat ta' esekuzzjoni; fi kwistjonijiet ta' taxxa, dwana u valuta, madankollu, l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni ma tistax tiġi miċħuda minħabba li l-liġi tal-Istat ta' esekuzzjoni ma tippreskrivix taxxi tal-istess tip jew ma fiha ebda dispożizzjoni dwar taxxi, dazji jew valuta tal-istess tip bħal-liġi tal-Istat emittenti;

    imħassra

    Emenda 18

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 21 - paragrafu 1

    1.   Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti ħarġet mandat ta' arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja oħra li tista' tiġi nfurzata li għandhom l-istess effett , il-persuna għandha tiġi kkonsenjata skont id-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew.

    1.   Jekk, f'każ ta' ksur ta' miżura ta' sorveljanza , l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti ħarġet mandat ta' arrest, il-persuna għandha tiġi kkonsenjata skont id-Deċiżjoni ta' Qafas dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew.

    Emenda 19

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 21 - paragrafu 3

    3.     Kull Stat Membru jista' jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, meta jittrasponi din id-Deċiżjoni Qafas jew fi stadju aktar tard, li huwa ser japplika wkoll l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew fit-teħid tad-deċiżjoni dwar il-konsenja tal-persuna kkonċernata lill-Istat emittenti.

    imħassra

    Emenda 20

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Artikolu 21 - paragrafu 4

    4.     Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li tkun ġiet irċevuta taħt il-paragrafu preċedenti disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.

    imħassra

    Emenda 21

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Anness 1 - Il-kaxxa taċ-ċertifikat (f) - punt 2

    2.

    Jekk ir-reat(i) allegat(i) msemmi/jin fil-punt 1 jikkorrispondi/u ma' wieħed jew aktar mir-reati allegati li ġejjin, kif definiti fil-liġi ta’ l-Istat emittenti u li huma kastigabbli fl-Istat emittenti b’sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-liberta' ta’ massimu ta’ mill-inqas tliet snin, jekk jogħġbok ikkonferma billi timmarka l-kaxxa/i rilevanti:

    parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali,

    terroriżmu,

    traffikar tal-bnedmin,

    sfruttament sesswali ta' tfal u l-pornografija bi tfal,

    traffikar illeċitu fid-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi,

    traffikar illeċitu ta' armi, munizzjoni u splussivi,

    korruzzjoni,

    frodi, inkluża dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej skont it-tifsira tal-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej,

    laundering ta' rikavati mill-kriminalità,

    falsifikazzjoni ta' flus, inkluż l-euro,

    atti kriminali konnessi mal-informatika,

    reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta' speċi ta' annimali fil-periklu li jinqerdu u ta' speċi ta' pjanti u varjetajiet fil-periklu li jinqerdu,

    faċilitazzjoni tad-dħul u tar-residenza mhux awtorizzati,

    omiċidju, offiża gravi fuq persuna,

    kummerċ illeċitu ta' organi u tessuti umani,

    ħtif ta' persuni, iż-żamma illegali ta' persuni u t-teħid ta' ostaġġi,

    razziżmu u xenofobja,

    serq kwalifikat bil-vjolenza, organizzat jew bl-użu ta' armi,

    it-traffikar illeċitu f'beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti,

    frodi,

    racketeering u estorsjoni,

    falsifikazzjoni u piraterija ta' prodotti,

    falsifikazzjoni ta' dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

    falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas,

    traffikar illeċitu ta' sustanzi ormonali u growth promoters oħra,

    traffikar illeċitu ta' materjali nukleari jew radjoattivi,

    traffikar ta' vetturi misruqa,

    stupru,

    inċendju volontarju,

    atti kriminali li jaqgħu fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

    ħtif illegali ta' inġenji tal-ajru/bastimenti,

    sabutaġġ.

    imħassra

    Emenda 22

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Anness 1 - Il-kaxxa taċ-ċertifikat (f) - punt 3

    3.

    Safejn ir-reat(i) allegat(i) identifikat(i) fil-punt 1 hawn fuq mhux kopert(i) mill-punt 2 jew jekk id-deċiżjoni, kif ukoll iċ-ċertifikat jintbagħtu lil Stat Membru, li jkun iddikjara li ser jivverifika l-kriminalità doppja (Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni Qafas), jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni sħiħa tar-reat(i) allegat(i) kkonċernat(i):

    imħassra

    Emenda 23

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Anness 1 – Kaxxa taċ-ċertifikat (g) - paragrafu 3 - subparagrafu 1 - inċiż 3 a (ġdid)

     

    obbligu li tiġi ddepożitata ċertu somma ta' flus bħala garanzija jew li tingħata tip ieħor ta' sigurta', li tista' tingħata jew permezz ta' numru speċifiku ta' pagamenti bin-nifs jew inkella f'pagament wieħed;

    Emenda 24

    Abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas

    Anness 1 – Kaxxa taċ-ċertifikat (g) - paragrafu 3 - subparagrafu 2 - inċiż 3

    obbligu li tiġi ddepożitata ċertu somma ta' flus bħala garanzija jew li tingħata tip ieħor ta' garanzija, li tista' tingħata jew permezz ta' numru speċifiku ta' pagamenti bin-nifs jew inkella f'darba;

    imħassra


    (1)  ĠU C 297E, 20.11.2008, p. 116.

    (2)   OJ L 350, 30.12.2008, p. 60.


    Top