Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009IP0202

    L-edukazzjoni tat-tfal tal-migranti Riїoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 2 ta' April 2009 dwar l-edukazzjoni tat-tfal tal-migranti (2008/2328(INI))

    ĠU C 137E, 27.5.2010, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 137/1


    Il-Ħamis, 2 ta’ April 2009
    L-edukazzjoni tat-tfal tal-migranti

    P6_TA(2009)0202

    Riїoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar l-edukazzjoni tat-tfal tal-migranti (2008/2328(INI))

    2010/C 137 E/01

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat KE,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-3 ta' Lulju 2008 bl-isem “Migrazzjoni u mobilità: l-isfidi għas-sistemi ta’ edukazzjoni tal-UE” (COM(2008)0423),

    wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 77/486/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 dwar l-edukazzjoni tat-tfal ta' ħaddiema migranti (1),

    wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (2),

    wara li kkunsidra l-Konkluїjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Liїbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000,

    wara li kkunsidra l-Konkluїjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Marzu 2008,

    wara li kkunsidra r-riїoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar l-integrazzjoni ta' immigranti fl-Ewropa permezz tal-iskejjel u l-edukazzjoni multilingwali (3),

    wara li kkunsidra r-riїoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2007 dwar l-effiċjenza u l-ugwaljanza f’sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ Ewropej (4),

    wara li kkunsidra r-riїoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2008 dwar tagħlim għall-adulti: qatt ma huwa tard wisq biex titgħallem (5),

    wara li kkunsidra r-riїoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Settembru 2008 dwar it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema (6),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Frar 2009 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni - Migrazzjoni u mobilità:l-isfidi għas-sistemi ta’ edukazzjoni tal-UE,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0125/2009),

    A.

    billi l-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Marzu 2008 stieden lill-Istati Membri biex itejbu r-riїultati ta' studenti li ġejjin minn familji migranti,

    B.

    billi s-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali 2008 pprovdiet l-okkaїjoni biex jitnieda d-dibattitu dwar l-isfidi u l-opportunitajiet għas-sistemi edukattivi tal-UE,

    C.

    billi l-migrazzjoni ġewwa l-Unjoni u l-immigrazzjoni fl-Unjoni їdiedu tul l-aħħar għexieren ta' snin, b'mod li biddlet f'ħafna postijiet il-kompoїizzjoni tal-iskejjel,

    D.

    billi d-differenzi kulturali spiss ifixklu l-komprensjoni u d-djalogu bejn l-istudenti u bejn l-istudenti u l-għalliema,

    E.

    billi jeїistu provi ċari li r-riїultati edukattivi tat-tfal migranti huma kunsiderevolment iktar baxxi minn dawk ta' tfal mhux migranti; u billi numru kbir ta' tfal fl-iskejjel li ġejjin minn familji migranti jinsabu f'sitwazzjoni soċjoekonomika prekarja,

    F.

    billi l-fatt li t-talenti tat-tfal migranti ta' spiss ma jiġux skoperti u jibqgħu ma jintuїawx iwassal għal їvantaġġi soċjali, kulturali u ekonomiċi għas-soċjetà kollha kemm hi,

    G.

    billi l-edukazzjoni fl-iskola sa ċertu età hija dritt baїiku u kif ukoll obbligu tat-tfal, irrispettivament mill-kuntest li ġejjin minnu, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u tirrikjedi wkoll l-osservanza tal-liġijiet nazzjonali dwar l-edukazzjoni,

    H.

    billi l-kontenut u l-organizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma kompetenzi nazzjonali u billi huwa fil-livell nazzjonali u reġjonali li jeħtieġ li l-istrateġiji jiġu definiti u implimentati,

    I.

    billi l-migrazzjoni tista' tarrikkixxi lill-iskejjel kulturalment u edukattivament, imma tista’, fin-nuqqas ta’ miїuri xierqa ta’ akkumpanjament, twassal għal diverġenzi gravi,

    J.

    billi l-Istati Membri għandhom jirriformaw is-sistemi edukattivi u tat-taħriġ nazzjonali tagħhom; billi jeħtieġ li jaħdmu flimkien biex jiїviluppaw l-istrumenti tal-politika meħtieġa biex jiġu ġestiti l-konsegwenzi tal-migrazzjoni,

    K.

    billi d-diversità li qed tiїdied fil-popolazzjoni tal-iskejjel, li ġejja miї-їieda fil-migrazzjoni, hija sfida għall-professjoni tal-għalliema, li ma jirċevux taħriġ dwar kif jitrattaw b’mod adegwat din il-forma ġdida ta’ diversità fil-klassijiet,

    1.

    Jilqa' b'sodisfazzjon il-Green Paper imsemmija hawn fuq tat-3 ta' Lulju 2008;

    2.

    Jemmen li l-Kummissjoni għandha raġun tindirizza l-konsegwenzi, għas-sistemi edukattivi tal-Istati Membri, mhux biss tal-migrazzjoni ġewwa l-Unjoni iїda wkoll tal-immigrazzjoni lejha;

    3.

    Jenfasizza li l-ħaddiema fl-Unjoni jistgħu jkunu inqas lesti li jaħdmu barra minn pajjiїhom jekk ikun hemm riskju li t-tfal tagħhom ibatu edukattivament, u li edukazzjoni sodisfaċenti għat-tfal migranti hija relatata mal-libertà tal-moviment tal-ħaddiema;

    4.

    Huwa tal-fehma li huma meħtieġa sforzi akbar fil-livell tal-UE peress li l-Istati Membri kollha qed jaffaċċjaw sfidi simili f'dan ir-rigward; ifakkar li l-perċentwali tat-tfal migranti fl-iskejjel x'aktarx li tiїdied fil-ġejjieni;

    5.

    Ifakkar li t-twaqqif ta' ċentri ta' appoġġ integrati għall-immigranti legali huwa ta' importanza kbira peress li jippermettu lill-immigranti jindirizzaw b'mod effettiv l-ostakoli kollha għall-integrazzjoni (pereїempju kwistjonijiet relatati max-xogħol, l-edukazzjoni, is-saħħa, eċċ.) bl-għajnuna ta' professjonist;

    6.

    Jinkoraġġixxi l-iїvilupp fl-Istati Membri ta' mudell ta' sħubija bejn l-iskejjel u l-komunitajiet li jagħmilha possibbli għat-tfal ta' ġenituri li jaħdmu barra mill-pajjiї li jibbenefikaw minn programmi ta’ assistenza, appoġġ u pariri mill-komunità;

    7.

    Jinsisti li t-tfal u l-adulti migranti għandu jkollhom l-opportunità li jitgħallmu l-lingwi tal-pajjiї ospitanti, u għandhom ikunu lesti li jieħdu din l-opportunità, jekk għandhom jintegraw fih b'mod sħiħ;

    8.

    Jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jiїguraw edukazzjoni għat-tfal tal-migranti legali, inkluї it-tagħlim tal-lingwi uffiċjali tal-pajjiї ospitanti u l-promozzjoni tal-lingwi u l-kulturi nattivi tagħhom;

    9.

    Jemmen li hija ħaġa essenzjali li l-ġenituri, u speċjalment l-ommijiet, tat-tfal migranti għandhom ikunu involuti fil-programmi ta’ tagħlim tal-lingwi uffiċjali tal-pajjiї ospitanti, biex jiїguraw li t-tfal ma jiġux separati mis-soċjetà u jgħinuhom jintegraw fl-iskola;

    10.

    Jemmen li l-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-multilingwiїmu għandu jkun parti minn kull kurrikulum skolastiku; jinsisti li t-tagħlim tal-lingwi għandu jiġi mħeġġeġ mill-età ta’ qabel l-iskola biex tiġi promossa l-inkluїjoni tal-migranti; jemmen, madankollu, li l-post mogħti lit-tagħlim tal-lingwa materna fil-kurrikulu u l-organizzazzjoni ta' dan għandhom jitħallew speċifikament f'idejn l-Istati Membri;

    11.

    Jitlob li jiġu affrontati d-difficultajiet li jiltaqgħu magħhom it-tfal li jakkumpanjaw lill-ġenituri tagħhom meta dawn imorru fi Stat Membru ieħor fuq xogħol biex jirreġistraw fi skola f'livell li jikkorrispondi ma' dak li kienu qed jistudjaw fih fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom;

    12.

    Jinsisti dwar l-importanza li l-familji u l-membri l-oħra tal-komunità lokali jkunu involuti b'mod dirett peress li l-integrazzjoni soċjali hija r-responsabilità tas-soċjetà kollha mhux biss tal-iskejjel; jenfasizza l-fatt li l-korpi li jagħtu pariri soċjali lill-immigranti għandhom jiġu inkoraġġuti jikkoperaw biex tingħata informazzjoni aħjar dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fil-kuntest tas-suq tax-xogħol tal-pajjiї ospitanti;

    13.

    Jirrikonoxxi li s-soċjetà ċivili għandha rwol importanti fl-appoġġ li jingħata lill-migranti u li, b'mod parallel mas-sistema edukattiva uffiċjali, din tista' tagħti kontribut vitali f'oqsma bħat-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiї ospitanti;

    14.

    Jenfasizza l-bїonn li jiġu integrati l-migranti u l-kategoriji soċjali bħar-Roma, fis-soċjetà; jenfasizza li l-integrazzjoni trid tkun ibbaїata fuq il-prinċipji tal-opportunitajiet indaqs fl-edukazzjoni, b'mod li jiġi їgurat aċċess ugwali għal edukazzjoni ta' kwalità; jirrifjuta kwalunkwe soluzzjonijiet - sew temporanji u kif ukoll permanenti - li huma bbaїati fuq segregazzjoni u edukazzjoni fqira, jew li jwasslu għalihom;

    15.

    Jenfasizza l-importanza li jiġu їviluppati l-kompetenzi ta’ komunikazzjoni interkulturali tat-tfal, kemm migranti kif ukoll tal-pajjiїi ospitanti, u jemmen li l-abilità li wieħed jikkomunika l-kultura tiegħu stess u li jifhem il-kultura u l-valuri tal-oħrajn tikkostitwixxi element ċentrali tal-kompetenza prinċipali: “kuxjenza u espressjoni kulturali”;

    16.

    Jissuġġerixxi li jingħata iktar appoġġ finanzjarju u amministrattiv lill-migranti legali għall-korsijiet tal-lingwi, u li dan jingħata minn persunal imħarreġ li jifhem ukoll il-lingwa ta' art twelid il-migranti;

    17.

    Jinsisti dwar l-importanza li t-tfal migranti jitgħallmu l-lingwa materna tagħhom u l-lingwi tal-pajjiї tar-residenza tagħhom kif ukoll li jitgħallmu jaqraw u jiktbu mill-età ta’ qabel l-iskola;

    18.

    Jirrikonoxxi l-importanza li fil-kurrikuli tal-iskola jiddaħħlu lezzjonijiet mogħtija lill-migranti bil-lingwa nativa tagħhom sabiex ikun їgurat li l-wirt kulturali tagħhom ikun preservat;

    19.

    Jenfasizza l-importanza tal-isport fl-edukazzjoni u fit-taħriġ u l-irwol importanti tiegħu fl-integrazzjoni u l-inkluїjoni soċjali ta' dawk li ġejjin minn kuntesti inqas privileġġati; jirrakkomanda li l-politika soċjali tal-Istati Membri tqis b'mod sħiħ l-irwol ta' integrazzjoni importanti tal-isport għall-popolazzjonijiet migranti;

    20.

    Jenfasizza l-bїonn li l-migranti їgħaїagħ jiġu involuti f’sensiela wiesgħa ta’ attivitajiet extrakurrikulari, peress li dan hu mezz eċċellenti ta’ integrazzjoni soċjali;

    21.

    Jenfasizza li aktar ma t-tfal u ї-їgħaїagħ migranti jkunu integrati kmieni fl-iskejjel, iktar imorru tajjeb l-iskola, fl-edukazzjoni ulterjuri u fis-suq tax-xogħol; jemmen bil-qawwi li l-edukazzjoni bikrija qabel il-primarja ssaħħaħ b’mod konsiderevoli dawn il-prospetti u għalhekk jitlob lill-Istati Membri biex isaħħu l-parteċipazzjoni tal-migranti fl-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja;

    22.

    Jirrakkomanda li l-Istati Membri jevitaw li joħolqu skejjel qishom ghetto jew klassijiet speċjali għat-tfal migranti, u li jippromwovu politika ta’ edukazzjoni inkluїiva li biha t-tfal jintbagħtu fi klassijiet fuq il-baїi tal-livell edukattiv u tal-bїonnijiet individwali;

    23.

    Jikkunsidra li fl-iskejjel fejn imorru t-tfal migranti l-kurrikulu għandu jagħti ħafna iktar kas tal-bїonnijiet tagħhom, u li l-għalliema għandhom jitħarrġu fil-kompetenzi interkulturali sabiex dawn ikunu jistgħu jittrattaw bl-iktar mod effettiv possibbli d-diversità fl-iskola;

    24.

    Jinsisti li l-edukazzjoni tal-adulti għall-migranti tista' tippromwovi l-integrazzjoni kemm tal-migranti adulti u kif ukoll tat-tfal tagħhom u jisħaq għalhekk fuq il-bїonn li jiġi їviluppat bil-qawwi t-tagħlim tul il-ħajja għall-ġenituri migranti;

    25.

    Hu mħasseb dwar il-livell għoli ta’ tluq bikri mill-iskola fost it-tfal migranti u jemmen li għandhom isiru sforzi biex ikun їgurat li t-tfal migranti jispiċċaw il-korsijiet;

    26.

    Jenfasizza li sistema edukattiva ta' kwalità għolja trid tkun miftuħa għal kulħadd;

    27.

    Huwa konvint li l-miїuri biex tittejjeb l-edukazzjoni tat-tfal migranti għandhom benefiċċji għas-soċjetà kollha kemm hi;

    28.

    Jemmen li l-edukazzjoni tal-għalliema għandha tkun interdixxiplinari u għandha tippreparahom biex juїaw metodi bbaїati fuq id-diversità, u fuq l-edukazzjoni multikulturali u multilingwi;

    29.

    Hu favur l-iskemi ta’ mobilità li permezz tagħhom jitqabbdu għalliema mill-pajjiї tal-oriġini biex jiġi ffaċilitat il-kuntatt tat-tfal migranti mal-kultura u ċ-ċivilizzazzjoni tal-pajjiї tal-oriġini tagħhom;

    30.

    Jisħaq li l-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema għandha tkun iffokata fuq il-missjonijiet tal-għalliema;

    31.

    Jenfasizza f’dan il-kuntest partikolari l-importanza tal-mobilità tal-għalliema bħala parti integrali mill-programmi edukattivi tal-għalliema; jikkunsidra li l-għalliema għandu jkollhom l-opportunità li jqattgħu semestru wieħed jew tnejn f'universitajiet ospitanti barra pajjiїhom;

    32.

    Jemmen li l-iskejjel għandhom bїonn għalliema immigranti għax dawn joffru esperjenza importanti lill-kollegi tagħhom, jirrappreїentaw is-suċċess tal-integrazzjoni soċjali u jistgħu jservu ta' mudelli għat-tfal li jkunu f’diffikultà;

    33.

    Jenfasizza l-importanza ta' taħriġ speċjali għall-għalliema li jindirizza b'mod ċar is-sitwazzjoni speċjali tat-tfal tal-migranti, il-ħtieġa li jiġu integrati b'mod li jirnexxi fis-sistemi tradizzjonali tal-edukazzjoni fl-iskejjel, u l-ħtieġa li jittejbu r-riїultati edukattivi tagħhom;

    34.

    Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm servizzi ta' counselling li jgħinu lit-tfal u liї-їgħaїagħ migranti jittrattaw ix-xokk kulturali u jadattaw irwieħhom għas-soċjetà ospitanti;

    35.

    Jipproponi li l-Istati Membri individwali jiїviluppaw programmi edukattivi mmirati biex itejbu l-għarfien tal-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, bl-enfasi fuq l-ugwaljanza, l-inkluїjoni u l-libertà personali, sabiex ikunu evitati l-ksenofobija u s-segregazzjoni li jistgħu jidhru inevitabbli fir-rigward tal-migranti u li jistgħu jinxterdu b'veloċità allarmanti;

    36.

    Jinsisti li l-persuni migranti u mhux migranti kollha għandu jkollhom l-istess trattament ugwali; jemmen li l-istituzzjonijiet skolastiċi u l-għalliema individwali għandhom jikkunsidrau d-diversità bħala sitwazzjoni normali, jittrattaw kull individwu b'rispett, u jagħtu lill-migranti l-appoġġ li jeħtieġu;

    37.

    Japprezza l-kontribut tal-edukazzjoni mhux formali sabiex il-migranti їgħaїagħ jingħataw kompetenzi ta’ valur li huma kumplimentari għal dawk li jinkisbu fl-iskola u jitlob lill-iskejjel biex jikkoperaw b’mod iktar intensiv ma' min jipprovdi edukazzjoni mhux formali bħall-organizzazzjonijiet taї-їgħaїagħ;

    38.

    Itenni li d-diskriminazzjoni minħabba r-razza jew l-etniċità fil-qasam tal-edukazzjoni hija pprojbita mid-Direttiva 2000/43/KE, u jitlob li d-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni, inkluїi n-nazzjonalità u l-istatus tar-residenza, tkun illegali fil-qasam tal-edukazzjoni;

    39.

    Jirrikonoxxi li d-dispoїizzjonijiet attwali tad-Direttiva 77/486/KEE ma jikkorrispondux mar-realtà soċjali l-ġdida tal-Unjoni; jappoġġja b'mod qawwi l-proċess ta' konsultazzjoni mniedi mill-Kummissjoni;

    40.

    Jenfasizza l-fatt li d-diversità fl-iskejjel għandha tkun promossa u li għandhom jingħataw attenzjoni u appoġġ speċjali lill-gruppi migranti l-iktar vulnerabbli, inkluїi bniet migranti;

    41.

    Jemmen li d-Direttiva 77/486/KEE għandha tiġi emendata u għandha tkopri l-edukazzjoni ta' tfal li huma ċittadini ta' stati mhux membri jew tfal li l-ġenituri tagħhom ma jkunux ċittadini tal-Istati Membri;

    42.

    Jenfasizza l-importanza tal-leġiїlazzjoni eїistenti tal-UE li tiggarantixxi d-drittijiet edukattivi tal-istudenti minn pajjiїi terzi, bħad-Direttivi 2004/38/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri (7) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiїi terzi li jkunu residenti għat-tul (8); jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq immoniterjar kontinwu tal-miїuri kollha meħuda fl-Istati Membri li għandhom tentenza li jnaqqsu jew ineħħu d-drittijiet miksuba;

    43.

    Jitlob li l-iskejjel bi proporzjon għoli ta' tfal immigranti jkollhom il-persunal u l-faċilitajiet meħtieġa biex jindirizzaw l-isfidi ta' klassijiet eteroġeniċi u jkunu jistgħu jipprovdu tagħlim tajjeb; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iniedu djalogu fost l-Istati Membri fil-qafas tal-metodu miftuħ tal-koordinazzjoni biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u jiїviluppaw aġenda komuni biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-edukazzjoni tal-immigranti;

    44.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta regolarment dwar il-progress li jsir fl-integrazzjoni tat-tfal migranti fis-sistema skolastika tal-Istati Membri;

    45.

    Jikkunsidra li l-bliet il-kbar għandhom jingħataw u għandhom juїaw il-libertà li jikkoordinaw il-politika mfassla biex tippromwovi l-integrazzjoni tat-tfal migranti ma’ politiki u strateġiji dwar l-akkomodazzjoni, il-kura tat-tfal, is-suq tax-xogħol, is-saħħa u l-benessri, oqsma li kollha għandhom impatt muri fuq ir-riїultati akkademiċi tat-tfal migranti u l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà b’suċċess;

    46.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riїoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-gvernijiet u parlamenti tal-Istati Membri.


    (1)  ĠU L 199, 6.8.1977, p. 32.

    (2)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

    (3)  ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 121.

    (4)  ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 300.

    (5)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 46.

    (6)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0422.

    (7)  ĠU L 158, 30.4.2004, p.77.

    (8)  ĠU L 16, 23.1.2004, p.44.


    Top