This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XC0526(03)
Publication of an application pursuant to Article 6(2) of Council Regulation (EC) No 510/2006 on the protection of geographical indications and designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel
ĠU C 135, 26.5.2010, p. 25–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/25 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel
2010/C 135/11
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SINTEŻI
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“LIMONE DI SIRACUSA”
Nru tal-KE.: IT-PGI-0005-0502-11.10.2005
DPO ( ) IĠP ( X )
Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat membru:
Isem: |
Ministero delle Politiche Agricole e Forestali |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+39 0646455104 |
|||
Feks |
+39 0646655306 |
|||
Posta elettronika: |
saco7@politicheagricole.gov.it |
2. Grupp:
Isem: |
Consorzio di Limone di Siracusa |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+39 093138234 |
|||
Feks |
+39 093138234 |
|||
Posta elettronika: |
— |
|||
Kompożizzjoni: |
Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( ) |
3. Tip ta' prodott:
Klassi 1.6: |
Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex |
4. Speċifikazzjoni:
(sinteżi tar-rekwiżiti permezz tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem:
“Limone di Siracusa”
4.2. Deskrizzjoni:
L-indikazzjoni ġeografika protetta “Limone di Siracusa” hija riżervata għall-varjetà “Femminello” u l-kloni tagħha, li jirreferu għall-ispeċi botanika Citrus limon (L) Burm ikkultivati fi strutturi speċjalizzati fit-territorju tal-provinċja ta' Siracusa definit fil-punt 4.3.
L-elementi li jikkaratterizzaw it-tipi ta' frott skont iż-żmien tal-qtugħ huma dawn li ġejjin:
Primofiore: huwa l-frott maqtugħ mill-1 ta' Ottubru sal-14 ta' April u li jikkorrispondi għall-karatteristiċi li ġejjin:
Kulur tal-qoxra: bejn aħdar ċar u isfar ħadrani
Forma: elittika
Daqs: bejn medju u kbir
Piż tal-frott: mhux inqas minn 100 g
Polpa: ta' kulur aħdar ċar jew isfar ħadrani
Meraq: ta' kulur isfar ħadrani
Livell minimu ta' meraq imsaffi: > 34 % tal-piż
Grad Brix tal-polpa: > 7
Aċidità: > 6 %
Bianchetto jew Maiolino (jew limone primverile): huwa l-frott maqtugħ mill-15 ta' April sat-30 ta' Ġunju u li jikkorrispondi għall-karatteristiċi li ġejjin:
Kulur tal-qoxra: isfar ċar
Forma: elittika jew ovali
Daqs: kbir
Piż tal-frott: mhux inqas minn 100 g
Polpa: ta' kulur isfar
Meraq: ta' kulur isfar ħadrani
Livell minimu ta' meraq imsaffi: > 30 % tal-piż
Grad Brix tal-polpa: > 6,5
Aċidità: > 5,5 %
Verdello (jew limone d'estate): huwa l-frott maqtugħ mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru u li jikkorrispondi għall-karatteristiċi li ġejjin:
Kulur tal-qoxra: aħdar ċar
Forma: elittika-sferika
Daqs: medju-kbir
Piż tal-frott: mhux inqas minn 100 g
Polpa: isfar ħadrani
Meraq: ta' kulur isfar ħadrani
Livell minimu ta' meraq imsaffi: > 25 % tal-piż
Grad Brix tal-polpa: > 6
Aċidità: > 5,5 %
Il-frott li jġib l-isem tal-Indikazzjoni ġeografika protetta “Limone di Siracusa” għandu jiġi kkummerċjalizzat frisk fil-kategoriji Extra u Prima. Id-daqsijiet awtorizzati huma: 3, 4, 5.
4.3. Żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika tal-kultivazzjoni tal-“Limone di Siracusa” I.Ġ.P, tinkludi fiha il-muniċipalitajiet ta' Augusta, Melilli, Siracusa, Avola, Noto, Rosolini, Floridia, Solarino, Sortino u Priolo Gargallo.
Din iż-żona ġeografika testendi għal mhux iktar minn 10 km mill-baħar Jonju u ma taqbiżx il-210 metru ta' altitudini 'l fuq mill-livell tal-baħar u min-naħa tat-Tramuntana tikkonfina mal-widien huma esposti għan-Nofsinhar tan-nixxiegħa Porcaria u min-naħa tan-Nofsinhar, din iż-żona ġeografika tmiss mal-widien li huma esposti għan-Nofsinhar tax-xmara Tellaro.
4.4. Prova tal-oriġini:
Kull fażi tal-proċess produttiv għandha tkun immonitorjata billi jiġu ddokumentati għal kull waħda mill-fażijiet, il-prodotti li jidħlu u dawk li joħorġu. It-traċċabilità tal-prodott tiġi ggarantita b'dan il-mod, u permezz ta' tniżżil f'listi speċifiċi, ġestiti mill-organu ta' spezzjoni, tal-ħbula tal-art fejn issir il-kultivazzjoni skont ir-reġistru tal-artijiet, tal-produtturi u l-bdiewa u ta' dawk responsabbli mill-ippakkjar, kif ukoll permezz tan-notifika immedjata lill-organu ta' spezzjoni tal-kwantitajiet prodotti. Il-persuni kollha, fiżiċi jew legali, imniżżla fil-listi relatati, se jkunu suġġetti għall-kontroll mill-organu ta' spezzjoni, skont kif provdut mill-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni u tal-pjan ta' kontroll relatat.
4.5. Metodu ta' produzzjoni:
Id-distanza tat-tħawwil, il-mod tat-tkabbir u s-sistemi taż-żbir għandhom ikunu b'tali mod li jinżamm bilanċ u żvilupp perfett tal-pjanta kif ukoll ventilazzjoni normali, filwaqt li din tkun esposta għax-xemx. Id-densità massima taż-żrigħ hija ta' 400 pjanta għal kull ettaru. L-intensità massima awtorizzata taż-żrigħ dinamiku hija ta' 850 pjanta għal kull ettaru.
Il-ħażniet tal-għeruq huma kif ġej: “Arancio amaro”, “Poncirus trifoliata”, “Citrange Troyer”, “Citrange Carrizo” u “Citrus macrophylla”, li għandhom stabbiltà ġenetika għolja ħafna.
Il-qtugħ tal-frott għandu jsir bl-idejn.
Il-qtugħ tal-frott għandu jsir permezz ta' mqass tal-qtugħ sabiex jinqata' z-zokk. Il-ġbir isir direttament mill-pjanta skont il-metodi tradizzjonali meta l-frott ikun laħaq livell ta' żvilupp li jiggarantixxi kwalitajiet organolettiċi u estetiċi tajbin.
Il-produzzjoni massima ta' lumi awtorizzata hija ffissata għal 29 tunellata għal kull ettaru għas-sena kummerċjali kollha u li tinkludi frott minn kull darba li jagħmlu ż-żahar.
4.6. Rabta:
Il-“Limone di Siracusa” huwa kkaratterizzat mil-livell għoli ta' rendiment ta' meraq, mid-daqs kbir u mill-kalendarju tal-qtugħ li jkopri ż-żmien ta' matul sena sħiħa. Dawn il-partikolaritajiet huma ġejjin mill-kundizzjonijiet pedoklimatiċi tat-territorju u mill-kultivazzjonijiet preżenti fiż-żona tal-produzzjoni. Il-“Limone di Siracusa” jiġi kkultivat matul il-kosta u f'xi wħud miż-żoni interni, li jinsabu fil-widien tan-nixxiegħat tal-ilma li jgħaddu mill-provinċja ta' Siracusa. Minn analiżi ta' temperaturi medji għal kull sena fil-pjanura tal-kosta ta' Siracusa wieħed jista' jara biċ-ċar, fil-fatt, li l-ambjent ta' Siracusa jippreżenta kundizzjonijiet ta' klima moderata minn Ottubru sa Marzu, u klima xotta minn April sa Settembru. Fiż-żona kollha kemm hi, il-ħamrija hija fertili ħafna, pjuttost fonda u fiha ħafna elementi nutrittivi u ħafna sustanzi organiċi.
L-ilma huwa fattur li jiddetermina l-kultivazzjoni tal-lumi. Fiż-żona tal-produzzjoni tal-“Limone di Siracusa” id-disponibbiltà tal-ilma hija ggarantita minn baċin kbir ta' ilma ta' taħt l-art tal-plateau tal-muntanji Iblei, li jikkostitwixxi l-iktar ħażna importanti ta' ilma naturali fi Sqallija kollha, u tan-nixxiegħat tal-ilma tal-wiċċ. Id-disponibbiltà tal-ilma flimkien mal-umdità atmosferika għandhom ir-rwol deċisiv fid-determinazzjoni tal-kwalità tal-frott tal-“Limone di Siracusa”. Fil-fatt, in-nuqqas tal-problemi marbutin mal-ilma u l-atmosfera b'umdità medja jippermettu l-kisba ta' frott iktar immerraq, b'forma regolari, b'qoxra fina, u li jista' jinqata' matul it-12-il xahar tas-sena.
Sqallija għandha tradizzjoni storika twila fil-kultivazzjoni taċ-ċitru u tgawdi mir-rispett tat-tradizzjonijiet antiki fil-kultivazzjoni ta' dawn il-pjanti. Din it-tradizzjoni, li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra, għadha għaddejja sal-lum fiż-żona ta' Siracusa, u għalhekk inħolqot tabilħaqq skola ta' esperti fil-kultivazzjoni tal-“Limone di Siracusa”.
4.7. Organu ta'spezzjoni:
L-organu ta' spezzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mal-istandard EN 45011.
Isem: |
Det Norske Veritas Italia |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+39 095370020 |
|||
Feks |
+39 095372871 |
|||
Posta elettronika: |
— |
4.8. Tikkettar:
Fil-każ tal-frott ippakkjat, huwa obbligatorju li fuq mill-inqas naħa waħda tal-pakkett, ikun hemm indikazzjoni b'tipa li tidher u li tinqara, permezz ta' stampar dirett u li ma jitħassarx jew permezz tat-tikketta integrata fil-pakkett jew imwaħħla miegħu tal-: varjetà, oriġini, kategorija, daqs, lott.
Fil-każ tal-frott li jinbigħ bil-kwantità huwa obbligatorju li jkollu tikketta fuq 100 % tal-frott.
Il-materjali tal-ippakkjar huma: kartun, injam, plastik. L-użu ta' plastik riċiklat għall-ippakkjar mikri huwa awtorizzat. Il-pakketti awtorizzati huma: xbieki u basktijiet bi strixxa tal-plastik imwaħħla max-xibka. Kull pakkett irid ikollu l-logo tal-“Limone di Siracusa”.
Il-logo jikkonsisti f'forma ovali mimduda li fiha xbieha bl-abjad u l-iswed tat-Teatru Grieg ta' Siracusa b' żewġ lumijiet poġġuti fuq in-naħa tal-lemin tal-ġenb tat-teatru. Minn dawn iż-żewġ lumijiet, waħda hija sħiħa u għandha werqa li tidher fl-isfond u l-oħra hija maqsuma u tgħatti parti mill-lumija s-sħiħa. Il-lumija tal-werqa għandha zokk, u l-werqa hija ta' kulur aħdar li jvarja f'erba sfumaturi. Il-werqa tħares lejn iċ-ċentru tat-tikketta u tgħatti parti mill-istess lumija li qiegħda mwaħħla maz-zokk tagħha.
Fuq in-naħa ta' ġewwa tal-forma ovali tidher il-kitba “Limone di Siracusa”.
Iż-żieda ta' kwalunwe kwalifikazzjoni jew kliem ieħor differenti minn dak provdut b'mod espliċitu fl-ispeċifikazzjoni, li jinkludu aġġettivi “fine (fin), superiore (aqwa), selezionato (selezzjonat), scelto (magħżul)” u kliem ieħor simili mhijiex awtorizzata. Mhux awtorizzat l-użu ta' kliem ta' tifħir.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.