Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0520(02)

    Notifika ta’ bidu ta’ proċedura ta' anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti tessuti tal-fibri tal-ħġieġ minsuġa b'mod miftuħ li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    ĠU C 131, 20.5.2010, p. 6–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 131/6


    Notifika ta’ bidu ta’ proċedura ta' anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti tessuti tal-fibri tal-ħġieġ minsuġa b'mod miftuħ li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    2010/C 131/04

    Il-Kummissjoni rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-ħarsien kontra d-dumping ta’ oġġetti impurtati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li ċerti tessuti tal-fibri tal-ħġieġ minsuġa b'mod miftuħ li qed jiġi impurtati, li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa oġġett ta’ dumping u għalhekk qed joħloq ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.

    1.   Ilment

    L-ilment tressaq fis-6 ta’ April2010 minn Saint-Gobain Vertex s.r.o., Tolnatext Fonalfeldolgozo, Valmieras “Stikla Skiedra” AS u Vitrulan Technical Textiles GmbH (“il-kwerelanti”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ iżjed minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, ta’ ċerti tessuti tal-fibri tal-ħġieġ minsuġa b'mod miftuħ.

    2.   Il-prodott li qed jiġi investigat

    Il-prodott li huwa soġġett għal din l-investigazzjoni huwa t-tessuti tal-fibri tal-ħġieġ minsuġa b'mod miftuħ, b’ċelluli ta’ daqs ta’ iżjed minn 1,8 millimetri kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’u li jiżnu iżjed minn 35 g/m2 (il-prodott li qed jiġi investigat).

    3.   Allegazzjoni ta' dumping  (2)

    Il-prodott li allegatament qed jiġi ddampjat huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi CN ex 7019 40 00, ex 7019 51 00, ex 7019 59 00, ex 7019 90 91 u ex 7019 90 99. Dawn il-kodiċi CN qed jingħataw biss bħala informazzjoni.

    Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-pajjiż ikkonċernat huwa kkunsidrat bħala pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq, il-kwerelanti stabbilixxew valur normali għall-oġġetti impurtati mill-pajjiż ikkonċernat fuq il-bażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Istati Uniti tal-Amerika. L-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq paragun tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezzijiet tal-esportazzjoni (kif joħorġu mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni fl-Unjoni.

    Fuq din il-bażi il-marġni tad-dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż tal-esportazzjoni ikkonċernat.

    4.   Allegazzjoni ta’ ħsara

    Il-kwerelanti pprovdew provi li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu f’termini assoluti u żdiedu f’dak li jirrigwarda s-sehem tas-suq.

    L-evidenza prima facie pprovduta mill-kwerelanti turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott impurtat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, il-livell tal-prezzijiet li nżammu u s-sehem tas-suq meħud mill-industrija tal-Unjoni, b’riżultat li kien hemm effetti negattivi konsiderevoli fuq il-prestazzjoni ġenerali u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

    5.   Proċedura

    Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f'isimha, u li teżisti evidenza biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu ta’ proċedura, il-Kummissjoni qiegħda b’dan tibda investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

    L-investigazzjoni għandha tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat huwiex qed jiġi ddampjat u jekk dan id-dumping ikkawżax ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet huma affermattivi, l-investigazzjoni teżamina jekk huwiex fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri.

    5.1.    Proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

    Il-produtturi li jesportaw (3) il-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna li jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

    5.1.1.   L-investigazzjoni dwar il-produtturi li jesportaw

    (a)   Teħid ta' kampjuni

    B’kunsiderazzjoni tan-numru potenzjalment kbir ta’ produtturi li jesportaw fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’din il-proċedura u sabiex l-investigazzjoni tiġi kompluta fl-ambitu tal-limitu ta' żmien statutorju, il-Kummissjoni tista' tillimita għal numru raġjonevoli il-produtturi li jesportaw li għandhom jiġu investigati permezz tal-għażla ta' kampjun (dan il-proċess huwa wkoll magħruf bħala “teħid tal-kampjuni”). It-teħid tal-kampjuni għandu jitwettaq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    Sabiex il-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni li tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni huwiex meħtieġ jew le, u jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha li jesportaw, jew ir-rappreżentanti li jkunu qegħdin jaġixxu f’isimhom, b’dan qegħdin jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom:

    isem, indirizz, indirizz tal-imejl, numri tat-telefown u l-faks u l-persuna ta’ kuntatt,

    il-qligħ f'valuta lokali u l-volum f’m2 tal-prodott li jkun qed jiġi investigat li jinbiegħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni (“PI”) mill-1 ta' April 2009 sal-31 ta' Marzu 2010 għal kull wieħed mis-27 Stat Membru (4) b’mod separat jew fit-total,

    il-qligħ f'valuta lokali u l-volum f’m2 tal-prodott li jkun qed jiġi investigat li jinbiegħ fis-suq lokali waqt il-PI ta' bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010,

    l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fuq skala dinjija fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat,

    l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji (5) relatati kollha li jkunu involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (esportazzjoni u/jew bejgħ domestiku) tal-prodott li jkun qed jiġi investigat,

    kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jkun jista’ jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

    Il-produtturi li jesportaw għandhom jindikaw ukoll jekk, fl-eventwalità li ma jintgħażlux sabiex jagħmlu parti mill-kampjun, ikunux iridu jirċievu kwestjonarju u formoli oħra ta’ klejm sabiex jimlewhom u b’hekk ikunu qegħdin jikklejmjaw marġni tad-dumping individwali skont it-taqsima (b) ta’ hawn taħt.

    Permezz tal-provvista tat-tagħrif ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel sabiex tagħmel parti mill-kampjun, dan ikun jimplika li jkollha timla kwestjonarju u taċċetta żjara fuq il-post tagħha sabiex jiġi verifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, tiġi kkunsidrata li ma kkooperatx mal-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-produtturi li jesportaw li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

    Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi li jesportaw, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkuntattja lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u tista' tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi li jesportaw.

    Il-partijiet kollha interessati li jkunu jixtiequ jissottomettu kwalunkwe tagħrif ieħor rilevanti dwar l-għażla tal-kampjun, ħlief it-tagħrif mitlub hawn fuq, għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi li jesportaw jistgħu jintgħażlu skont l-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet għall-Unjoni li jistgħu jiġu investigati b'mod raġjonevoli fil-limitu ta’ żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa li jesportaw, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi li jesportaw għandhom jiġu notifikati mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu sabiex jagħmlu parti mill-kampjun.

    Il-produtturi kollha li jesportaw li jkunu ntgħażlu sabiex jagħmlu parti mill-kampjun ikollhom jissottomettu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    Il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda ma jkunux intgħażlu sabiex jagħmlu parti mill-kampjun għandhom jiġu kkunsidrati bħala kumpaniji li qegħdin jikkooperaw (“produtturi li jesportaw mhux magħżula għall-kampjun li jkunu qegħdin jikkooperaw”). Mingħajr ħsara għat-taqsima (b) ta’ hawn taħt, id-dazju tal-anti-dumping li jista’ jiġi applikat għall-oġġetti impurtati mill-produtturi li jesportaw mhux magħżula għall-kampjun u li jkunu qegħdin jikkooperaw m’għandux jaqbeż il-marġni medju differenzjat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi li jesportaw li jagħmlu parti mill-kampjun.

    (b)   Marġni tad-dumping individwali għal kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun

    Il-produtturi li jesportaw mhux magħżula għall-kampjun u li jkunu qegħdin jikkooperaw jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġni individwali tad-dumping tagħhom (“marġni individwali tad-dumping”). Il-produtturi li jesportaw li jixtiequ jagħmlu klejm għal marġni individwali tad-dumping għandhom jitolbu kwestjonarju u formoli oħra sabiex issir klejm skont it-taqsima (a) ta’ hawn fuq u jirritornawhom mimlija kif suppost qabel l-iskadenzi speċifikati hawn taħt. Ir-risposta tal-kwestjonarju komplut għandha tiġi sottomessa fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Għandu jiġi preċiżat li, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi marġni individwali tad-dumping għal dawk il-produtturi li jesportaw li jkunu stabbiliti fil-pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq, għandu jiġi ppruvat li jissodisfaw il-kriterji sabiex jingħataw trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”) jew mill-inqas trattament individwali (“IT”) kif speċifikat fit-taqsima 5.1.2.2 ta’ hawn taħt.

    Madankollu, il-produtturi li jesportaw li jkunu qegħdin jikklejmjaw marġni individwali tad-dumping għandhom ikunu konxji li l-Kummissjoni tista' madankollu tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni individwali tad-dumping tagħhom jekk, pereżempju, in-numru ta’ produtturi li jesportaw ikun daqshekk kbir li determinazzjoni bħal din tista’ tirriżulta f’piż żejjed u tkun tista’ tipprevjeni t-twettiq fil-ħin tal-investigazzjoni.

    5.1.2.   Proċedura fir-rigward tal-produtturi li jesportaw stabbiliti fil-pajjiż ikkonċernat b’ekonomija mhux tas-suq

    5.1.2.1.   Għażla ta’ Pajjiż b’Ekonomija tas-Suq

    Skont id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 5.1.2.2 ta’ hawn taħt, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażikuku, fil-każ ta' importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-valur normali għandu jiġi determinat fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur mibni f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tagħżel pajjiż terz xieraq b’ekonomija tas-suq. Il-Kummissjoni għażlet b’mod provviżorju lill-Istati Uniti tal-Amerika. Il-partijiet interessati qegħdin b’dan jiġu mistiedna jikkummentaw dwar kemm hija xierqa jew le din l-għażla fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    5.1.2.2.   Trattament tal-produtturi li jesportaw li jkunu stabbiliti fil-pajjiż ikkonċernat b’ekonomija mhux tas-suq

    Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-produtturi individwali li jesportaw stabbiliti fil-pajjiż ikkonċernat, li jqisu li għalihom il-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq huma prevalenti fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li jkun qed jiġi investigat, jistgħu jissottomettu klejm sostnuta tajjeb b'evidenza f'dan ir-rigward (“klejm MET”). It-trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”) jingħata jekk il-valutazzjoni tal-klejm MET turi li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament (6) bażi jkunu ntlaħqu. Il-marġni tad-dumping tal-produtturi li jesportaw mogħti mill-MET għandu jiġi kalkulat, sakemm ikun possibbli u mingħajr ħsara għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, permezz tal-użu tal-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

    Il-produtturi individwali li jesportaw u stabbiliti fil-pajjiż ikkonċernat jistgħu wkoll, jew bħala alternattiva, jikklejmjaw trattament individwali (“IT”). Sabiex jingħataw l-IT, dawn il-produtturi li jesportaw għandhom jipprovdu evidenza li huma jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) ta’ dan ir-Regolament (7). Il-marġni tad-dumping tal-produtturi li jesportaw li jingħataw IT għandu jiġi kalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom stess. Il-valur normali għall-produtturi li jesportaw li jkunu ingħataw IT għandu jiġi bbażat fuq il-valuri stabbiliti għall-pajjiż terz b’ekonomija tas-suq li jkun intgħażel kif spjegat hawn fuq.

    (a)   Trattament ta’ ekonomija tas-suq (MET)

    Il-Kummissjoni għandha tibgħat formoli tal-klejm MET lill-produtturi kollha li jesportaw stabbiliti fil-pajjiż ikkonċernat li jkun intgħażel sabiex jagħmel parti mill-kampjun u lill-produtturi li jesportaw mhux magħżula għall-kampjun li jkunu qegħdin jikkooperaw li jixtiequ japplikaw għal marġni tad-dumping individwali, lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi li jesportaw, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

    Il-produtturi kollha li jesportaw li jkunu qegħdin jikklejmjaw MET għandhom jissottomettu formula ta’ klejm MET kompluta fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun jew tad-deċiżjoni li ma jintgħażilx kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    (b)   Trattament individwali (IT)

    Sabiex japplikaw għal IT, il-produtturi li jesportaw u stabbiliti fil-pajjiż ikkonċernat li jkunu ntgħażlu sabiex jagħmlu parti mill-kampjun u l-produtturi li jesportaw mhux magħżula għall-kampjun li jkunu qegħdin jikkooperaw u li jixtiequ japplikaw għal marġni tad-dumping individwali għandhom jissottomettu l-formola tal-klejm MET bit-taqsimiet rilevanti għall-IT kompluti kif suppost fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    5.1.3.   Importaturi li jinvestigaw mhux relatati  (8)  (9)

    Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati li jkunu involuti f’din il-proċedura u sabiex tiġi kompletata l-investigazzjoni qabel ma jintlaħqu l-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita għal numru raġjonevoli l-importaturi mhux relatati li jkunu se jiġu investigati permezz tal-għażla ta’ kampjun (dan il-proċess huwa wkoll magħruf bħala “teħid tal-kampjuni”). It-teħid tal-kampjuni għandu jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    Sabiex il-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni li tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni jkunx meħtieġ jew le u, jekk iva, li tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, qegħdin b'dan jiġu mitluba li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom:

    isem, indirizz, indirizz tal-imejl, numri tat-telefown u tal-faks u persuna ta’ kuntatt,

    l-attivitajiet eżatti tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott li jkun qed jiġi investigat,

    Il-volum f’m2 u l-valur f’EUR ta' oġġetti importati fi u l-bejgħ mill-ġdid magħmula fis-suq tal-Unjoni waqt il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010 tal-prodott impurtat li jkun qed jiġi investigat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat,

    l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji (10) kollha relatati li jkunu involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott li jkun qed jiġi investigat,

    kwalunkwe tagħrif ieħor rilevanti li jkun jista’ jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

    Bil-provvista tal-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija qiegħda taqbel mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel sabiex tagħmel parti mill-kampjun, dan għandu jimplika l-mili ta’ kwestjonarju u l-aċċettazzjoni ta’ żjara fil-post tagħha sabiex jiġi verifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, dan għandu jitqies bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar l-importaturi li ma jikkooperawx huma bbażati fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

    Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis neċessarja għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi li ma jkunux relatati, il-Kummissjoni tista’ wkoll tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

    Il-partijiet kollha interessati li jkunu jixtiequ jissottomettu kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti dwar l-għażla tal-kampjun, bl-esklużjoni tal-informazzjoni mitluba hawn fuq, għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġjonevoli fil-limitu ta’ żmien disponibbli. L-importaturi magħrufa li ma jkunux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha għandhom jiġu notifikati mill-Kummissjoni bil-kumpaniji li jkunu ntgħażlu sabiex jagħmlu parti mill-kampjun.

    Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għal-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati li jagħmlu parti mill-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ importaturi magħrufa. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fil-kwestjonarju komplut għandu jkun hemm informazzjoni dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija (kumpaniji) tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija (kumpaniji) fir-rigward tal-prodott li jkun qed jiġi investigat u dwar il-bejgħ tal-prodott li jkun qed jiġi investigat.

    5.2.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ ħsara

    Ħsara tfisser ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddida ta’ ħsara materjali lill-industrija, jew dewmien materjali tal-istabbiliment ta’ industrija bħal din. Id-determinazzjoni ta’ ħsara hija bbażata fuq provi pożittivi u tinvolvi determinazzjoni objettiva tal-volum ta’ oġġett impurtati ddampjati, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fil-pajjiż importatur u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-oġġetti impurtati fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara materjali, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li jkun qed jiġi investigat huma mistiedna li jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

    5.2.1.   Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu qegħdin jinvestigaw

    Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’din il-proċedura u sabiex l-investigazzjoni titwettaq fil-limitu ta’ żmien stabbilit, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal numru raġjonevoli il-produtturi tal-Unjoni li jkunu se jiġu investigati permezz tal-għażla ta’ kampjun (dan il-proċess huwa wkoll magħruf bħala “teħid tal-kampjuni”). It-teħid tal-kampjuni għandu jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    Sabiex il-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni li tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni huwiex meħtieġ jew le, u jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha tal-Unjoni, jew ir-rappreżentanti li jkunu qegħdin jaġixxu f’isimhom, b’dan qegħdin jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom:

    isem, indirizz, indirizz tal-imejl, numri tat-telefown u l-faks u l-persuna ta’ kuntatt,

    l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fuq skala dinjija fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat,

    il-valur f’EUR tal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat magħmul fis-suq tal-Unjoni waqt il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010,

    il-volum f’m2 ta’ bejgħ tal-prodott li jkun qed jiġi investigat magħmul fis-suq tal-Unjoni waqt il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010,

    il-volum f’m2 tal-produzzjoni tal-prodott li jkun qed jiġi investigat waqt il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010,

    il-volum f’m2 impurtat fl-Unjoni tal-prodott li jkun qed jiġi investigat li jkun ġie prodott fil-pajjiż ikkonċernat waqt il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010, jekk ikun applikabbli,

    l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji (11) relatati kollha li huma involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott li jkun qed jiġi investigat (kemm jekk ikun prodott fl-Unjoni kif ukoll fil-pajjiż ikkonċernat),

    kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jkun jista’ jassisti lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

    Permezz tal-provvista tat-tagħrif ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel sabiex tagħmel parti mill-kampjun, dan ikun jimplika li jkollha timla kwestjonarju u taċċetta żjara fuq il-post tagħha sabiex jiġi verifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, tiġi kkunsidrata li ma kkooperatx mal-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

    Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ wkoll tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni.

    Il-partijiet kollha interessati li jkunu jixtiequ jissottomettu kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor dwar l-għażla tal-kampjun, ħlief it-tagħrif mitlub hawn fuq, għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jintgħażlu abbażi l-ikbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b'mod raġjonevoli fil-limitu ta’ żmien disponibbli. Il-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni għandhom jiġu notifikati mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu sabiex jagħmlu parti mill-kampjun.

    Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li jkun meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni li jkunu ntgħażlu sabiex jagħmlu parti mill-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fil-kwestjonarju komplut għandu jkun hemm informazzjoni dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija (kumpaniji) tagħhom, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija (kumpaniji), l-attivitajiet tal-kumpanija (kumpaniji) fir-rigward tal-prodott li jkun qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li jkun qed jiġi investigat.

    5.3.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

    Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ħsara permezz ta’ dak, għandha tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri kontra id-dumping ikunux kontra l-interessi tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażikuku. Il-produtturi, l-importaturi u l-assoċjazzjonijet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur tal-Unjoni qegħdin jiġu mistiedna biex jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, sal-istess żmien tal-iskadenza, li hemm konnessjoni objettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li jkun qed jiġi investigat.

    Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom sal-iskadenza ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri hijiex fl-interess tal-Unjoni jew le fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta kemm f’format ħieles kif ukoll permezz tal-mili ta’ kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni sottomessa skont l-Artikolu 21 tiġi kkunsidrata biss jekk tkun sostnuta bi provi fattwali fil-ħin meta tiġi sottomessa.

    5.4.    Sottomissjonijiet oħra bil-miktub

    Skont id-dispożizzjonijet ta’ dan l-avviż, il-partijiet interessati kollha qegħdin b’dan jiġu mistiedna li jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza li ssostni. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-informazzjoni u l-evidenza li ssostni għandhom jaslu lill-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    5.5.    Possibbiltà li wieħed jinstema’ mis-servizzi tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni

    Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba li għandha tinstema’ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju tal-bidu tal-investigazzjoni t-talba għandha tiġi sottomessa fi żmien 15-il-jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Minn hemm ’il quddiem, għandha tiġi sottomessa talba għal seduta fl-ambitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni waqt il-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

    5.6.    Proċedura dwar kif isiru sottomissjonijiet bil-miktub u kif jintbagħtu kwestjonarji kompluti u korrispondenza

    Is-sottomissjonijiet kollha, inkluż l-informazzjoni sottomessa għall-għażla tal-kampjun, il-formoli tal-klejms MET, il-kwestjonarji kompluti u l-aġġornamenti ta’ dawn magħmula minn partijiet interessati, għandhom isiru bil-miktub kemm fuq il-karta kif ukoll f'format elettroniku, u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-imejl, in-numri tat-telefown u l-faks tal-parti interessata. Jekk parti interessata ma tistax tipprovdi s-sottomissjonijiet u r-rapporti tagħha f’format elettroniku minħabba raġunijiet tekniċi, għandha tgħarraf immedjatament lill-Kummissjoni.

    Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż l-informazzjoni mitluba f’dan l-avviż, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduti mill-partijiet interessati li għalihom ikun jeħtieġ trattament kunfidenzjali għandhom jiġu tikkettati bħala “Limitata” (12).

    Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Limitata” huma mistennija li jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali ta’ din skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażikuku, li għandu jiġi ttikkettat “Għal spezzjoni minn partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu l-ftehim raġjonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni sottomessa b’kundizzjoni ta’ kunfidenzjalità. Jekk parti interessata li tkun qiegħda tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità rekwiżiti, informazzjoni kunfidenzjali bħal din tista’ tiġi mwarrba.

    L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

    European Commission

    Directorate-General for Trade

    Directorate H

    Office: N-105 04/92

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Fax +32 22956505

    6.   Mingħajr kooperazzjoni

    F’każijiet fejn parti interessata tirrifjuta aċċess għal informazzjoni meħtieġa jew inkella ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien stabbiliti, jew b’mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, sejbiet provviżorji jew finali, affermattivi jew negattivi, ikunu jistgħu jsiru fuq il-bażi ta’ fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    Fejn jinsab li parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jkunu jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

    Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk ibbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

    7.   Uffiċjal tas-Smigħ

    Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Smigħ tad-DĠ Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Smigħ jaġixxi bħala punt ta' kuntatt bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Smigħ jirrevedi t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, il-kwistjonijiet dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet minn parti terzi sabiex jinstemgħu. L-Uffiċjal tas-Smigħ jista’ jorganizza seduta ma’ parti individwali li tkun interessata u jagħmel medjazzjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tal-partijiet interessati ta’ difiża jkunu qegħdin jiġu eżerċitati b’mod komplut.

    Talba għal seduta mal-Uffiċjal tas-Smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għalfejn tkun qiegħda ssir it-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jappartjenu l-istadju tal-bidu tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Minn hemm ’il quddiem, talba għal seduta għandha tiġi sottomessa fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

    L-Uffiċjal tas-Smigħ għandu jipprovdi wkoll opportunitajiet sabiex issir seduta li tinvolvi partijiet fejn ikunu jistgħu jitressqu fehmiet differenti u argumenti ta’ konfutazzjoni dwar kwistjonijiet li jappartjenu, fost l-oħrajn, għad-dumping, ħsara, rabtiet kawżali u interessi tal-Unjoni. Seduta bħal din għandha, bħala regola, ssir l-iktar tard sal-aħħar tar-raba’ ġimgħa wara li jsiru magħrufa s-sejbiet proviżjonali.

    Għal iktar informazzjoni u dettalji ta’ kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-web tal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-websajt tad-DĠ Kummerċ: (http://ec.europa.eu/trade/issues/respectrules/ho/index_mt.htm).

    8.   Skeda tal-investigazzjoni

    L-investigazzjoni tiġi konkluża, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, jistgħu jiġu imposti miżuri proviżjonali mhux iżjed tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    9.   Proċessar ta’ dejta personali

    Kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni għandha tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali min-naħa tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ dejta bħal din (13).


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  Id-dumping hija l-prattika tal-bejgħ ta’ prodott għall-esportazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) għal prezz iżjed baxx mill-“valur normali” tiegħu. Il-valur normali normalment huwa kkunsidrat bħala prezz paragunabbli għall-prodott “simili” fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. It-terminu “prodott simili” huwa interpretat li jfisser prodott li huwa l-istess f’kull aspett bħall-prodott ikkonċernat jew, fl-assenza ta’ prodott bħal dan, prodott li jixbaħ ħafna il-prodott.

    (3)  Produttur li jesporta huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li jkun qed jiġi investigat fis-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluż kwalunkwe waħda mill-kumpaniji relatati magħha li tkun involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. L-esportaturi li ma jipproduċux normalment mhumiex intitolati għal rata ta’ dazju individwali.

    (4)  Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Islovakkja, l-Islovenja, Spanja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.

    (5)  Skont l-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, il-persuni għandhom jitqiesu li huma relatati biss jekk: (a) huma uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) huma legalment rikonoxxuti bħala imsieħba fin-negozju; (c) huma l-prinċipal u l-impjegat; (d) kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament hija l-proprjetarja, tikkontrolla jew għandha sehem ta’ 5 % jew iżjed tal-istokks jew l-ishma votanti mhux imħallsa tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla lill-oħra b’mod dirett jew indirett; (f) it-tnejn li huma jkunu kkontrollati b’mod dirett jew indirett minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw b’mod dirett jew indirett persuna terza; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jiġu kkunsidrati li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikunu fi kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin ma’ xulxin: (i) miżżewġin, (ii) ġenituri u wlied, (iii) aħwa (kemm jekk ulied l-istess ġenituri kif ukoll jekk ulied l-istess omm iżda mhux l-istess missier jew viċiversa), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) kunjati u ħaten jew ħtint, (vii) aħwa li jkunu ħaten u ħtint. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali.

    (6)  Il-produtturi li jesportaw għandhom b’mod partikolari juru li: (i) id-deċiżjonijiet dwar in-negozju u l-ispejjeż huma magħmula b’rispons għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr indħil sinifikanti tal-Istat; (ii) id-ditti kummerċjali jkollhom sett ċar ta’ rekords bażiċi ta’ kontabilità li ssirilhom reviżjoni tal-kontijiet b’mod indipendenti skont standards ta’ kontabilità internazzjonali u li jiġu applikati għall-għanijiet kollha; (iii) ma jkun hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li tkun intirtet mis-sistema bbażata fuq ekonomija mhux tas-suq ta’ qabel; (iv) il-liġijiet dwar il-bankarotta u l-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabilità legali u (v) il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.

    (7)  Il-produtturi li jesportaw għandhom juru b’mod partikolari li: (i) fil-każ ta’ ditti kummerċjali ta’ proprjetà barranija totali jew parzjali jew impriżi konġunti, l-esportaturi huma ħielsa li jdaħħlu lura f’pajjiżhom il-kapital u l-profitti; (ii) il-prezzijiet tal-oġġetti esportati u l-kwantitajiet u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu determinati b’mod ħieles; (iii) il-parti l-kbira tal-ishma tappartjeni lil persuni privati. L-Uffiċjali tal-Istat li jkunu fuq il-Bord tad-Diretturi jew li jkollhom pożizzjonijiet amministrattivi ewlenin għandhom ikunu jew f’minoranza jew inkella għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat; (iv) il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru bir-rata tas-suq u (v) l-indħil tal-Istat ma jkunx ta’ livell li jippermetti ċ-ċirkumvenzjoni ta’ miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati ta’ dazju differenti.

    (8)  L-importaturi li ma jkunux relatati mal-produtturi li jesportaw biss jistgħu jintgħażlu sabiex jagħmlu parti mill-kampjun. L-importaturi li jkunu relatati mal-produtturi li jesportaw għandhom jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi li jesportaw. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota f’qiegħ il-paġna 5.

    (9)  Id-dejta pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ wkoll tintuża fir-rigward ta’ aspetti ta’ din l-investigazzjoni ħlief għal dak li għandu x’jaqsam mad-determinazzjoni ta’ dumping.

    (10)  Għad-determinazzjoni ta’ parti relatata ara n-nota f’qiegħ il-paġna 5.

    (11)  Għad-determinazzjoni ta’ parti relatata ara n-nota f’qiegħ il-paġna 5.

    (12)  Dan id-dokument huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim WTO dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Kontra d-Dumping). Huwa wkoll dokument imħares skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

    (13)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


    Top