EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/129/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5802 – RWE Energy/Mitgas) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 129, 19.5.2010, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5802 – RWE Energy/Mitgas)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 129/12

1.

Fl-10 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża(i) enviaM Mitteldeutsche Energie AG (“enviaM”, il-Ġermanja), li hija kkontrollata minn RWE AG, (“RWE”, il-Ġermanja) takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Mitgas Mitteldeutsche Gasversognung GmbH (“Mitgas”, Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma..

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

RWE: elettriku u gass naturali,

enviaM: It-trażmissjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-elettriku, is-sħana u ta' servizzi relatati lil distributuri lokali u konsumaturi finali, kif ukoll attività fis-settur tal-gass,

Mitgas: il-forniment bl-ingrossa ta' gass-H lill-fornituri tal-gass lokali u l-bejgħ bl-imnut tal-gass-H lil konsumaturi finali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5802 – RWE Energy/Mitgas, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top