Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0512(05)

    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li ġew miżjuda fuq il-listi previsti fl-Artikoli 11 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta' Burma/il-Mjanmar, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 411/2010.

    ĠU C 123, 12.5.2010, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 123/16


    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li ġew miżjuda fuq il-listi previsti fl-Artikoli 11 u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta' Burma/il-Mjanmar, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 411/2010.

    2010/C 123/08

    Fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/232/PESK (1), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea identifika dawk il-persuni, entitajiet u korpi li għalihom għandhom japplikaw miżuri restrittivi, kif stipulat fl-Annessi II u III ta' dik id-Deċiżjoni, filwaqt li ġie determinat li:

    (1)

    il-persuni, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/232/PESK huma:

    (a)

    membri individwali tal-Gvern ta' Burma/il-Mjanmar, jew

    (b)

    persuni naturali jew legali, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom,

    kif imsemmija fl-Artikoli 9(1) u 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/232/PESK; u

    (2)

    il-persuni legali, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2010/232/PESK huma:

    (a)

    impriżi li huma proprjetà jew ikkontrollati mill-gvern ta' Burma/il-Mjanmar jew korpi pubbliċi, korporazzjonijiet, li jinkludu kumpaniji stabbiliti taħt il-liġi privata, li fihom l-awtoritajiet pubbliċi għandhom sehem maġġuri, u l-aġenziji ta' dak l-Istat;

    (b)

    impriżi li huma proprjetà jew ikkontrollati minn membri individwali tal-Gvern ta' Burma/il-Mjanmar jew persuni naturali jew legali, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom; jew

    (c)

    persuni legali, entitajiet jew korpi li huma proprjetà jew ikkontrollati minn, jew li jaġixxu f'isem impriżi msemmija f'punt (a) jew (b).

    Għaldaqstant il-Kummissjoni adottat, skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 (2), ir-Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 411/2010 (3) li jemenda l-Annessi VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 194/2008.

    Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 jipprovdi għal:

    (1)

    l-iffriżar tal-fondi kollha, ta' assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra li jappartjenu għall-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness VI u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament; u

    (2)

    projbizzjoni fuq investiment ġdid fl-impriżi, fil-persuni legali, fl-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness VII.

    Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness VI għandhom jagħtu attenzjoni lejn il-fatt li jistgħu japplikaw, mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 194/2008, għal awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi b'konformità mal-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament.

    Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi li mniżżla fuq il-listi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 411/2010 jistgħu jissottomettu, f'kwalunkwe mument, talba lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, flimkien ma' kwalunkwe dokument ta' sostenn, biex id-deċiżjoni tinkludihom/iżżommhom fuq il-listi msemmija hawn fuq, biex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Talbiet bħal dawn għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Il-persuni, entitajiet u korpi li ġew miżjuda fl-Annessi VI jew VII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) No 411/2010, jistgħu jressqu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-elenkar tagħhom, lill-Kummissjoni. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lil:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    DĠ Relazzjonijiet Esterni (Direttorat A, Unità A2 – CHAR 12/45)

    Rue de la Loi/Wetstraat 200

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Tali talbiet u informazzoni se jiġu kkunsidrati meta jaslu. F'dan ir-rigward, il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għandhom jagħtu attenzjoni għar-reviżjoni kostanti tal-listi, min-naħa tal-Kunsill, li ssir skont l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/232/CFSP.

    Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għandhom ukoll jagħtu attenzjoni għall-fatt li jistgħu ma jaċċettawx ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 411/2010, quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 22. Id-Deċiżjoni tħassar u tieħu post il-Pożizzjoni Komuni 2006/318/PESK.

    (2)  ĠU L 66, 10.3.2008, p. 1.

    (3)  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 10.


    Top