Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0512(01)

    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 123, 12.5.2010, p. 3–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 123/3


    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    2010/C 123/03

    Għajnuna Nru: XA 298/09

    Stati Membri: Ir-Repubblika Slovakka

    Reġjun: Ir-reġjuni kollha tar-Repubblika Slovakka, jiġifieri Bratislavský kraj, Západné Slovensko, Stredné Slovensko u Východné Slovensko

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Schéma štátnej pomoci na zabezpečenie účasti chovateľov a pestovateľov na výstavách v znení Dodatku č. 1

    Bażi legali:

    článok 2 nariadenia vlády SR č. 264/2009 Z. z. o podporných opatreniach v pôdohospodárstve v znení neskorších predpisov (ďalej len „nariadenie vlády SR č. 264/2009 Z. z.“),

    zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov (ďalej len „zákon o štátnej pomoci“),

    L-Artikolu 15(2)d u l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “ir-Regolament tal-Kummissjoni”),

    L-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008”),

    L-Anness I għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Zákon č. 513/1991 Zb. v znení neskorších predpisov (Obchodný zákonník),

    článok 2 ods. 4 zákona č. 194/1998 Z. z. o šľachtení a plemenitbe hospodárskych zvierat a o zmene a doplnení zákona č. 455/1991 Zb. o živnostenskom podnikaní (živnostenský zákon) v znení neskorších predpisov (ďalej len „zákon č. 194/1998“),

    článok 6 zákona č. 83/1990 Zb. o združovaní občanov v znení neskorších predpisov (ďalej len „zákon č. 83/1990“).

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Il-baġit kumplessiv ippjanat għall-għoti ta' għajnuna għall-2010 huwa EUR 663 878 (SKK 20 000 000).

    Il-baġit kumplessiv ippjanat għall-għoti ta' għajnuna għall-perjodu mill-2009 sal-2013 huwa EUR 3 319 391 (SKK 100 000 000).

    Intensità massima tal-għajnuna: Tista' tingħata għajnuna sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-parteċipazzjoni f'fiera, sal-ammont tal-għotja mogħtija lill-persuna legali għal kull raħħal jew bidwi.

    Data tal-implimentazzjoni: Frar 2010

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

    Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għoti tal-għajnuna huwa li l-għotja tgħin lir-raħħala u l-bdiewa jieħdu sehem f'fieri tal-bhejjem u tal-uċuħ tar-raba' approvati mill-Ministeru tal-Agrikoltura tar-Repubblika Slovakka fis-sena kalendarja inkwistjoni.

    Settur jew setturi benefiċjarji: Il-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE.

    It-Taqsima A – L-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd

    Id-Diviżjoni 01 – Il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u tal-annimali, il-kaċċa u l-attivitajiet ta' servizzi relatati

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: L-għajnuna tingħata minn:

    Ministerstvo pôdohospodárstva SR (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-ministeru)

    Dobrovičova 12

    812 66 Bratislava

    SLOVENSKO/SLOVAKIA

    Tel. +421 259266111

    Sit tal-internet: http://www.land.gov.sk/sk/index.php?navID=161&id=592

    L-iskema tiġi implimentata minn:

    Pôdohospodárska platobná agentúra (minn issa 'l quddiem imsejħa l-aġenzija tal-ħlas)

    Dobrovičova 12

    815 26 Bratislava

    SLOVENSKO/SLOVAKIA

    Tel. +421 259266111

    Sit tal-internet: http://www.apa.sk/index.php?navID=27

    Indirizz tal-Internet: —

    Informazzjoni oħra: Il-bażi legali għal skema ta' għajnuna mill-Istat eżistenti biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tar-raħħala u l-bdiewa fil-fieri (XA 125/08) ġiet mibdula: fl-2010, l-għajnuna mill-Istat għandha tingħata skont ir-Regolament tal-Gvern Nru 264/2009 dwar il-miżuri għall-appoġġ agrikolu (Nariadenia vlády SR č. 264/2009 Z. z. o podporných opatreniach v pôdohospodárstve), kif emendat.

    Skont l-iskema oriġinali, irreġistrata bin-numru XA 125/08, l-għajnuna mill-Istat ingħatat biss sa tmiem l-2009. L-iskema l-ġdida tissostitwixxi l-iskema oriġinali u tipprovdi għall-għajnuna biex tingħata wara l-1 ta Jannar 2010.

    Il-ħlasijiet li saru skont l-iskema l-ġdida se jilħqu l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 15(2)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.

    Approvat mill-: Alexander ČARNÝ

    riaditeľ odboru štátnej pomoci a národných podpôr

    Ministerstvo pôdohospodárstva SR

    Għajnuna Nru: XA 300/09

    Stati Membri: Franza

    Reġjun: Département du Loiret

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides au conseil pour les cultures spécialisées dans le Loiret (assistance technique)

    Bażi legali:

    Article 1511-1 et suivants du code général des collectivités territoriales,

    Délibération du Conseil général du Loiret en date du 11 juin 2008

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 30 000

    Intensità massima tal-għajnuna: massimu ta' 80 % tan-nefqa

    Data tal-implimentazzjoni: mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

    Għan tal-għajnuna: Il-finanzjament tal-provvediment ta' għajnuna teknika. Din il-miżura ta' għajnuna għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-produtturi ta' wċuħ speċjalizzati sabiex jitolbu lis-servizzi ta' kunsill sabiex jgħinuhom fl-iżvilupp ta' ħiliet b'rabta ma' proġetti ġodda bil-għan li tiġi żviluppata l-kompettività u l-valur miżjud tal-intrapriżi f'dan il-qasam kif ukoll sabiex dawn ikunu aktar attraenti. Id-dipartiment se jintervjeni fil-finanzjament tal-awditjar tal-intrapriżi, l-istudji tekniċi u ekonomiċi mwettqa minn fornituri esterni, iżda wkoll fi studji ta' strateġiji kummerċjali sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jevolvu u jadattaw irwieħhom għas-suq li jevolvi l-ħin kollu.

    In-nefqiet eliġibbli ma jistgħux jaqbżu EUR 20 000.

    Skont il-punt 3 tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna se tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati u mhux se tinvolvi ħlasijiet diretti. Mhu se jsir l-ebda ħlas dirett ta' flus lill-produtturi u skont il-punt 4 tal-istess Regolament, l-għajnuna teknika se tkun aċċessibbli għall-produtturi kollha, kemm jekk huma u kemm jekk mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' strutturi oħra.

    Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

    għall-azjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SME kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja (irreferi għall-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, (ĠU L 214, 9 ta' Awwissu 2008)),

    għall-azjendi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

    li mhumiex intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar l-Għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 244, 1 ta' Ottubru 2004).

    Settur jew setturi benefiċjarji: din il-miżura tikkonċerna lill-produtturi ta' wċuħ speċjalizzati.

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Conseil général du Loiret

    15 rue Eugène Vignat

    45000 Orléans

    FRANCE

    Indirizz tal-Internet: http://www.loiret.com/cgloiret/index.php?page=display&class=guide_des_aides&object=dae_evld_a29&method=display_full&objectTheme=rubrique_guide_des_aides3f78582d8377f

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 301/09

    Stati Membri: Franza

    Reġjun: Département du Loiret

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides à la maîtrise de la dépense énergétique en production sous serre dans le Loiret (assistance technique)

    Bażi legali:

    Article 1511-1 et suivants du code général des collectivités territoriales,

    Délibération du Conseil général du Loiret en date du 11 juin 2008.

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 7 200

    Intensità massima tal-għajnuna: massimu ta' 80 % tan-nefqa, inklużi l-għajnuniet kollha f'każ ta' sorsi oħra ta' finanzjament.

    Data tal-implimentazzjoni: mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tal-fajl tal-eżenzjoni fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta’ Diċembru 2013

    Għan tal-għajnuna: Il-finanzjament tal-provvediment ta' għajnuna teknika bil-għan li jitnaqqsu l-kostijiet tal-impjanti tal-enerġija fil-produzzjoni agrikola fis-serer. Din l-għajnuna hija maħsuba għall-finanzjament tal-istudji teknoloġiċi u ekonomiċi, id-dijanjożi termika jew l-istudji tal-vijabbiltà dwar l-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

    Skont il-punt 3 tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna se tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati, mingħajr ebda ħlas dirett ta' flus lill-produtturi. Skont il-punt 4 tal-Artikolu 15 tal-istess Regolament, l-għajnuna teknika se tkun aċċessibbli għall-produtturi kollha, kemm jekk huma u kemm jekk mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' strutturi oħra.

    Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

    għall-azjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SME kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja (irreferi għall-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, (ĠU L 214, 9 ta' Awwissu 2008)),

    għall-azjendi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

    li mhumiex intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar l-Għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 244, 1 ta' Ottubru 2004).

    Settur jew setturi benefiċjarji: il-produzzjoni agrikola fis-serer

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Conseil général du Loiret

    15 rue Eugène Vignat

    45000 Orléans

    FRANCE

    Indirizz tal-Internet: http://www.loiret.com/cgloiret/index.php?page=display&class=guide_des_aides&object=dae_evld_a24&method=display_full&objectTheme=rubrique_guide_des_aides3f78582d8377f

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 303/09

    Stati Membri: Franza

    Reġjun: Département du Loiret

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides à l’optimisation des conditions de travail en élevage dans le Loiret (assistance technique)

    Bażi legali:

    Article 1511-1 et suivants du code général des collectivités territoriales,

    Délibération du Conseil général du Loiret en date du 11 juin 2008.

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 39 500

    Intensità massima tal-għajnuna: 80 %

    Data tal-implimentazzjoni: mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

    Għan tal-għajnuna: Din il-miżura ta' għajnuna teknika hija skont l-Artikolu 15.2 tar-Regolament tal-eżenzjonijiet agrikoli. Il-miżura tikkonċerna l-pariri maħsuba sabiex itejbu l-kwalita tal-ħajja ta' dawk li jrabbu l-bhejjem. Is-sussidji proposti se jiffinanzjaw ġurnata ta' evalwazzjoni u jumejn ta' akkumpanjament għal kull azjenda agrikola, sabiex jiġu identifikati wħud mill-problemi tal-azjendi u s-soluzzjonijiet li għandhom jiġu implimentati għall-ġestjoni ta' aspetti diversi bħalma huma l-organizzazzjoni tax-xogħol, ir-riżorsi umani, il-kwalitajiet sanitarji, kemm hu adattat il-materjal...

    L-għan huwa li l-benefiċjarji jaslu f'punt li jistaqsu mistoqsijiet xierqa dwar il-ħidma ta' kuljum tagħhom u sabiex iħarsu l-benessri ta' kull wieħed minnhom meta jindirizzaw in-nuqqasijiet, bil-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-trobbija tal-bhejjem. In-nefqiet eliġibbli ma jistgħux jaqbżu EUR 2 000.

    Skont il-punt 3 tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna se tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati. Skont il-punt 4 ta' dan l-Artikolu tar-Regolament, l-għajnuna se tkun aċċessibbli għall-produtturi kollha, li ma jkunu affiljati mal-ebda organizzazzjoni tal-produtturi jew struttura oħra.

    Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

    għall-azjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SME kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja (irreferi għall-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, (ĠU L 214, 9 ta' Awwissu 2008)),

    għall-azjendi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

    li mhumiex intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar l-Għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 244, 1 ta' Ottubru 2004).

    Settur jew setturi benefiċjarji: settur tat-trobbija tal-bhejjem

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Conseil général du Loiret

    15 rue Eugène Vignat

    45000 Orléans

    FRANCE

    Indirizz tal-Internet: http://www.loiret.com/cgloiret/index.php?page=display&class=guide_des_aides&object=dae_evld_a10&method=display_full&objectTheme=rubrique_guide_des_aides3f78582d8377f

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 304/09

    Stati Membri: Franza

    Reġjun: Département du Loiret

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides à la production d’énergie renouvelable dans le Loiret (assistance technique)

    Bażi legali:

    Article 1511-1 et suivants du code général des collectivités territoriales,

    Délibération du Conseil général du Loiret en date du 11 juin 2008.

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 20 000

    Intensità massima tal-għajnuna: 40 %

    Data tal-implimentazzjoni: mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

    Għan tal-għajnuna: Din il-miżura ta' għajnuna tikkonċerna l-provvediment ta' għajnuna teknika bil-għan li tinkoraġġixxi l-ħolqien tal-ewwel stallazzjonijiet ta' unitajiet ta' produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli sabiex dawn il-proċeduri jiġu ttestjati u jsiru komuni. Il-miżura se tikkonsisti minn finanzjament ta' studji dijanjostiċi, studji tekniċi u ekonomiċi, ta' interess u vijabbiltà, għall-impriżi li jixtiequ jirrikorru għall-enerġiji rinnovabbli. Tista' tikkonsisti minn studji mmirati direttament lejn sors ta' enerġija rinnovabbli bħal studju komparattiv li jippermetti d-definizzjoni ta' dak li huwa l-aktar pertinenti għall-kriterji interni u esterni tal-impriza. Il-proġetti differenti fil-mira permezz ta' din il-miżura huma marbuta mal-użu ta' ġenerazzjoni tal-enerġija mill-metanizzazzjoni, mill-pannelli fotovoltajċi, mir-riħ u l-użu tal-enerġija ġeotermika.

    In-nefqiet eliġibbli ma jistgħux jaqbżu EUR 50 000.

    Skont il-punt 3 tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna se tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati, mingħajr ebda ħlas dirett ta' flus lill-produtturi. Skont il-punt 4 tar-Regolament, il-miżuri se jkunu aċċessibbli għall-produtturi kollha, li ma jkunu affiljati mal-ebda organizzazzjoni tal-produtturi jew struttura oħra.

    Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

    għall-azjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SME kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja (irreferi għall-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9 ta' Awwissu 2008),

    għall-azjendi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

    li mhumiex intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar l-Għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU C 244, 1 ta' Ottubru 2004).

    Settur jew setturi benefiċjarji: din il-miżura tikkonċerna l-azjendi agrikoli kollha.

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Conseil général du Loiret

    15 rue Eugène Vignat

    45000 Orléans

    FRANCE

    Indirizz tal-Internet: http://www.loiret.com/cgloiret/index.php?page=display&class=guide_des_aides&object=dae_evld_a26&method=display_full&objectTheme=rubrique_guide_des_aides3f78582d8377f

    Informazzjoni oħra: —


    Top