Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0407(01)

    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 89, 7.4.2010, p. 3–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/3


    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    2010/C 89/04

    Għajnuna Nru: XA 196/09

    Stati Membri: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Reġjun: —

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ukrepi kmetijske strukturne politike in kmetijske politike razvoja podeželja

    Bażi legali: Uredba o ukrepih kmetijske strukturne politike in kmetijske politike razvoja podeželja (Uradni list Republike Slovenije, št. 47/09 in 94/09)

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 191 052 fl-2009 u EUR 179 052 fl-2010

    Intensità massima tal-għajnuna:

    1.

    Għajnuna għat-tlestija ta' arranġamenti għall-konsolidazzjoni tal-art. Sa 100 % tal-ispejjeż legali u amministrattivi, li jinkludu spejjeż ta' spezzjonijiet.

    2.

    Appoġġ għal preżentazzjonijiet mogħtija minn esperti u għal gruppi professjonali u ta' interess. Sa 60 % tal-ispejjeż eliġibbli stipulati fl-Artikolu 10(b) tad-Digriet dwar miżuri ta' politika agrikola strutturali u żvilupp rurali. Is-sehem totali tal-għajnuna mogħtija minn sorsi pubbliċi jista' jkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

    3.

    Għajnuna biex tinkoraġixxi l-kultivazzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità. Sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli stipulati fl-Artikolu 15 tad-Digriet dwar miżuri ta' politika agrikola strutturali u żvilupp rurali.

    Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tal-eżenzjoni mitluba fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31.12.2010

    Għan tal-għajnuna: Biex tagħti appoġġ lill-SME

    L-iskema ta' għajnuna tinvoka l-artikoli li jsegwu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, applikabbli għan-nefqiet eliġibbli li jsegwu:

    għajnuna għall-arranġamenti ta' konsolidazzjoni tal-art ibbażati fuq l-Artikolu 13 (għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art), nefqiet eliġibbli jinkludu nefqiet ta' proċeduri legali u amministrattivi, li jinkludu spejjeż ta' spezzjonijiet,

    appoġġ għal preżentazzjonijiet mogħtija minn esperti u għal gruppi professjonali u ta' interess ibbażat fuq l-Artikolu 15 (il-provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur tal-agrikoltura), l-ispejjeż eliġibbli huma:

    (i)

    nefqiet relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa u l-ħaddiema f'intrapriżi agrikoli (kiri ta' post, miżata tal-għalliema, spejjeż oħra fuq materjali għall-implimentazzjoni tal-programm ta' tagħlim);

    (ii)

    nefqiet marbuta mal-organizzazzjoni ta' fora għall-iskambju ta' għarfien bejn intrapriżi, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet u fieri agrikoli, u mal-parteċipazzjoni f'dawn (ħlas ta' parteċipazjoni, spejjeż ta' pubblikazzjoni, spejjeż tal-ivjaġġar, kiri ta' spazju għall-esibizzjoni);

    (iii)

    għajnuna għal pubblikazzjonijiet bħal preżentazzjonijiet, katalgi jew websajts li jippreżentaw informazzjoni fattwali dwar produtturi minn reġjuni partikolari jew produtturi ta' prodott partikolari, sakemm l-informazzjoni u l-preżentazzjoni tkun newtrali u li kull produttur konċernat ikollu l-istess opportunità li jidher fil-pubblikazzjoni,

    għajnuna biex tinkoragixxi l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità bbażati fuq l-Artikolu 14 (għajnuna li tinkoraġixxi il-produzzjoni ta' prodotti agrikoliu ta' kwalità), l-ispejjeż eliġibbli huma:

    (i)

    spejjeż għall-attivitajiet ta' riċerka dwar is-suq, kunċett tal-prodott u disinn;

    (ii)

    spejjeż għall-preparazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' prodotti agrikoli skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tkopri l-protezzjoni ta' prodotti agrikoli;

    (iii)

    spejjeż għaċ-ċertifikazzjoni inizzjali tal-prodotti agrikoli protetti.

    Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur tal-agrikoltura

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Ministrstvo za kmetijstvo, gozdarstvo in prehrano

    Dunajska 58

    SI-1000 Ljubljana

    SLOVENIJA

    Indirizz tal-Internet: http://www.pisrs.si/predpis.aspx?p_rD=r04&p_predpis=URED4904

    Informazzjoni oħra: —

    Branko RAVNIK

    Genaralni Direktor

    Għajnuna Nru: XA 262/09

    Stati Membri: Franza

    Reġjun: —

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides aux producteurs de lavande et lavandin victimes de sécheresse en 2007 ou 2008

    Bażi legali: Ordonnance no 2009-325 du 25 mars 2009 relative à la création de l’Agence de service et de paiement et de l’Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer,

    Articles L 621-1 et suivants et articles R 621-1 et suivants du Code rural,

    Arrêtés suivants du ministre de l’agriculture et de la pêche, portant reconnaissance du caractère de calamité naturelle des dommages subis par les agriculteurs:

    du 25 janvier, 30 juin 2008 et 26 décembre 2008 pour les agriculteurs des Alpes de Haute-Provence,

    du 13 octobre 2008 pour les agriculteurs de la Drôme,

    du 25 janvier, 30 juin 2008 et 13 octobre 2008 pour les agriculteurs du Vaucluse.

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 266 666

    L-ammont previst, allokat mill-baġit nazzjonali (FranceAgriMer) huwa ta' massimu ta' EUR 800 000 tul it-tliet snin tal-pjan, jiġifieri EUR 300 000 għall-2009, EUR 300 000 għall-2010 u EUR 200 000 għall-2011.

    Dawn l-għajnuniet jistgħu jiġu kkomplementati b'għajnuniet minn entitajiet territorjali li ġejjin: id-dipartimenti tal-Alpes de Haute-Provence, tad-Drôme u tal-Vaucluse.

    Intensità massima tal-għajnuna: 80 %

    L-għajnuniet, għal kull benefiċjarju, se jkunu fissi filwaqt li jitqiesu l-għajnuniet mogħtija diġà fil-qafas tal-Fondi Nazzjonali ta' Garanzija f'każ ta' Diżastri Agrikoli (Fonds National de Garantie des Calamités Agricoles, FNGCA): se jiġu megħjuna biss l-uċuħ li huma rikonoxxuti taħt dan il-Fond.

    Meta għajnuna nazzjonali tiġi kkomplementata b'għajnuna minn entità territorjali, din tal-aħħar għandha tivverifika li l-ammont totali ma jaqbiżx il-limitu ta' 80 % tad-danni mġarrba.

    Barra minn hekk, l-għajnuniet għandhom ikunu limitati għall-ammonti massimi li ġejjin:

    EUR 500/ha għall-uċuħ tal-lavanda fina li ġarrbu ħsarat fejn pjanti tal-lavanda fina ta' 7 snin jew anqas inqalgħu mill-għeruq,

    EUR 400/ha għall-uċuħ tal-lavanda klonali jew tal-ibridi tal-lavanda li ġarrbu ħsarat fejn pjanti tal-lavanda jew tal-ibdridi tal-lavanda ta' 6 snin jew anqas inqalgħu mill-għeruq.

    Barra minn hekk, l-għajnuna li tingħata se tkun limitata għal uċuħ li għadhom kemm tħawwlu bil-lavanda jew bl-ibridi tal-lavanda skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jillimitaw l-impatt tan-nixfa jew tal-mard li jdebbel il-lavanda (l-għażla tal-varjetajiet, l-użu ta' pjanti b'saħħithom, in-newba...).

    Data tal-implimentazzjoni: minn meta tasal id-dikjarazzjoni ta' riċevuta bin-numru tal-identifikazzjoni tal-miżura u tal-pubblikazzjoni tas-sinteżi tal-miżura fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-aħħar tal-2011.

    Għan tal-għajnuna: Dawn l-għajnuniet huma pprovduti fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006. Fil-fatt, l-għan prinċipali huwa kumpens għat-telf imġarrab minn dawk li jikkoltivaw il-lavanda fid-dipartimenti tal-Alpes de Haute-Provence, tad-Drôme u tal-Vaucluse wara n-nixfa tal-2007 li d-danni tagħha dehru fl-2007 jew l-2008.

    Fit-tliet dipartimenti milquta min-nixfa tal-2007, madwar 250 bidwi ġarrbu aktar minn 30 % ta' telf ta' ħsad u kellhom bilfors iħawwlu mill-ġdid. Għaldaqstant it-telf tagħhom ma kienx limitat biss għal telf mid-dħul ta' sena tal-ħsad. Minħabba li dawn huma pjanti ta' speċijiet perenni, l-ispejjeż tat-tħawwil mill-ġdid mhumiex madanakollu nefqiet ta' rutina tal-azjendi u l-ispejjeż tat-tħawwil mill-ġdid mhumiex negliġibbli, u għalhekk il-proġett huwa ġġustifikat.

    L-għajnuna għandha wkoll l-għan sekondarju li tinkoraġġixxi lill-produtturi jqisu l-prekawzjonijiet tekniċi li jillimitaw l-effetti tan-nixfa.

    Settur jew setturi benefiċjarji: Il-produtturi tal-lavanda jew l-ibridi tal-lavanda (fit-tliet dipartimenti milquta min-nixfa tal-2007, jiġifieri madwar 250 azjenda agrikola)

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    FranceAgriMer

    Antenne de Volx — BP 8

    04130 Volx

    FRANCE

    Indirizz tal-Internet: http://www.franceagrimer.fr/informations/aides/aides.htm#LAVANDE

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 266/09

    Stati Membri: L-Italja

    Reġjun: Sardegna

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: legge regionale 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23 (aiuti per i danni alla produzione agricola). Sostegno a favore degli allevatori per fronteggiare la scrapie degli ovicaprini. Indennizzi per la perdita di reddito. Anni 2008-2012.

    Bażi legali: L.R. 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23 (aiuti per i danni alla produzione agricola)

    Deliberazione della Giunta regionale n. 46/19 del 13.10.2009

    Legge regionale 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23 (aiuti per i danni alla produzione agricola). Sostegno a favore degli allevatori per fronteggiare la scrapie degli ovicaprini. Indennizzi per la perdita di reddito. Anni 2008-2012.

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa marbuta mal-iskema tal-għajnuna, għat-telf imġarrab bejn is-snin 2008 u l-2012 qed tiġi stmata għall-EUR 2 660 000 kumplessivament u maqsuma kif ġej:

    EUR 500 000 għas-sena 2008

    EUR 540 000 għal kull sena mill-2009 sal-2012.

    Intensità massima tal-għajnuna: L’intensità massima tal-għajnuna ġiet iffissata għal 70 % tat-telf imġarrab li jiġi kkalkolat billi jitqies il-valur tal-produzzjoni mitlufa, wara t-tnaqqis tal-ispejjeż intermedji mhux imġarrba mir-raħħala (l-akkwist ta' għalf u l-ispejjeż sanitarji), u fejn issir distinzjoni bejn il-bhejjem li mhumiex ta' razza pura u dawk irreġistrati fir-reġistru tal-bhejjem.

    Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tapplika mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Għas-sena 2008 sal-31 ta' Diċembru 2012

    għas-sena 2009 sal-31 ta' Diċembru 2013

    għas-sena 2010 sal-31 ta' Diċembru 2014

    għas-sena 2011 sal-31 ta' Diċembru 2015

    għas-sena 2012 sal-31 ta' Diċembru 2016

    Madankollu l-ebda għajnuna ma tista' tingħata għal iktar minn erba' snin wara li jiġu vverifikati l-ispejjeż jew it-telf imġarrab.

    Għan tal-għajnuna: L-għajnuna qed tiġi applikata skont l-Artikolu 10 tar-Regolament u hi maħsuba bħala kumpens lill-bdiewa għat-telf ta' produzzjoni mill-annimali ovini u kaprini adulti li wrew is-sintomi tal-iscrapie, marda deġenerattiva li tolqot is-sistema nervuża ċentrali tan-nagħġa u tal-mogħża, u li nqatlu b'ordni mill-awtorità tas-saħħa.

    Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni tal-annimali: ovini u kaprini

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Regione Autonoma della Sardegna

    Assessorato dell’agricoltura e riforma agro-pastorale

    Via Pessagno 4

    09125 Cagliari CA

    ITALIA

    Indirizz tal-Internet: Għad-Deċiżjoni Nru 46/19 tat-13 ta' Ottubru 2009:

    http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_274_20091016131549.pdf

    Għad-Deċiżjoni Nru 25/34 tat-3 ta' Lulju 2007:

    http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20070703165033.pdf

    għall-Anness:

    http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20070703165715.pdf

    Għad-Deċiżjoni Nru 42/16 tal-24 ta' Ottubru 2007 li timmodifika d-Deċiżjoni Nru 25/34 tat-3 ta' Lulju 2007:

    http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20071024111304.pdf

    għall-Anness:

    http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20071024111334.pdf

    Informazzjoni oħra: L-għajnuna preżenti hija estensjoni tal-intervent attivat bid-Deċiżjoni Nru 25/34 tat-3 ta' Lulju 2007 fit-test emendat tad-Deċiżjoni Nru 42/16 tal-24 ta' Ottubru 2007, u se tiġi applikata taħt l-istess kriterji u kondizzjonijiet. Il-formularju li fih it-tagħrif sommarju tal-għajnuna msemmija hawn fuq ġie rreġistrat mid-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali fit-8 ta' Novembru 2007, bin-Nru XA 349/07.

    Bianca CARBONI

    Direttore Servizio sostegno delle imprese agricole e sviluppo delle competenze

    Għajnuna Nru: XA 278/09

    Stati Membri: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    Reġjun: Brandenburg

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Gewährung von Beihilfen und sonstigen Leistungen durch die Tierseuchenkasse des Landes Brandenburg nach Artikel 10 der Verordnung (EG) Nr. 1857/2006

    Bażi legali:

    § 71 Tierseuchengesetz der Bundesrepublik Deutschland

    § 8 des Gesetz zur Ausführung des Tierseuchengesetzes des Landes Brandenburg (AGTierSGBbg)

    Erlass des Ministeriums für Gesundheit, Umwelt und Verbraucherschutz des Landes Brandenburg zur Gewährung von Beihilfen für Maßnahmen zur Tierseuchenverhütung und -bekämpfung sowie zur Verbesserung der Tiergesundheit vom 3.12.2009

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għajnuna totali ta’ EUR 4,2 miljun fis-sena (iffinanzjata mill-kontributi li dawk li għandhom il-bhejjem jagħtu lill-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun ta’ Brandenburg u mir-riżorsi tal-Istat)

    Intensità massima tal-għajnuna: sa 100 %

    Data tal-implimentazzjoni: Wara li jasal l-avviż tal-wasla bin-numru tal-identifikazzjoni mingħand il-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, mill-1 ta' Jannar 2010

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-1.1.2010 sal-31.12.2013

    Għan tal-għajnuna: L-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

    Għajnuna sabiex ikun miġġieled il-mard tal-annimali

    Għajnuna bħala kumpens għat-telf tal-bhejjem minħabba l-mard li jittieħed

    Għajnuna għall-miżuri biex il-mard tal-annimali jiġi evitat, jingħaraf u jiġi miġġieled

    Għajnuna permezz tal-ħlas tal-ispejjeż ta’ testijiet fil-laboratorju biex jingħaraf il-mard tal-bhejjem

    Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Landesamt für Verbraucherschutz, Landwirtschaft und Flurneuordnung

    Tierseuchenkasse Brandenburg

    Groß Gaglow

    Am Seegraben 18

    03051 Cottbus

    DEUTSCHLAND

    Indirizz elettroniku: info@tsk-BB.de

    Indirizz tal-Internet:

    Tierseuchengesetz

    http://www.bgblportal.de/BGBL/bgbl1f/bgbl104s1260.pdf

    Ausführungsgesetz zum Tierseuchengesetz des Landes Brandenburg (AGTierSGBbg)

    http://www.bravors.brandenburg.de/sixcms/detail.php?gsid=land_bb_bravors_01.c.23595.de

    Erlass des Ministeriums für Ländliche Entwicklung, Umwelt und Verbraucherschutz zur Gewährung von Beihilfen für Maßnahmen zur Tierseuchenverhütung und -bekämpfung sowie zur Verbesserung der Tiergesundheit (Pubblikazzjoni fil-gazzetta uffiċjali tar-reġjun ta’ Brandenburg)

    http://www.mguv.brandenburg.de/v/lbsvet/TEILA/A1_2_2_1.PDF

    Informazzjoni oħra: —

    Għajnuna Nru: XA 282/09

    Stati Membri: Franza

    Reġjun: Département de la Seine-Maritime

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides aux investissements pour la protection des points de production d’eau potable (Seine-Maritime)

    Bażi legali: Article L1511-2 du Code général des collectivités territoriales

    Articles L3231-2 et 3232-1 du Code général des collectivités territoriales

    Délibération du Conseil général du 31 mars 2009 relatif à la politique agricole départementale, période 2009-2012.

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 60 000 fis-sena

    Intensità massima tal-għajnuna: massimu ta' 50 % għall-bdiewa żgħażagħ tul l-ewwel ħames snin minn meta jkunu bdew jaħdmu u 40 % f'każijiet ġenerali

    Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

    Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Il-perjodu mill-2009 sal-2012

    Għan tal-għajnuna: Id-dipartiment ta' Seine-Maritime huwa kollu kemm hu kklassifikat bħala żona vulnerabbli skont id-Direttiva dwar in-Nitrati (91/676/KE) ta' Diċembru 1991. Ir-riżorsi tal-ilma qegħdin dejjem aktar ikunu affettwati minn problemi ta' tniġġis mill-prodotti fitosanitarji.

    Id-direttiva qafas dwar l-ilma tesiġi li jintlaħaq stat ekoloġiku tajjeb tal-mases tal-ilma sal-2015.

    L-iskema ppjanata mid-dipartiment ta' Seine-Maritime għandha l-għan li tgħin lill-bdiewa fl-investimenti tagħhom li jkunu jmorru lil hinn mir-rekwiżiti regolatorji li jikkorrispondu għall-istandards minimi f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi tal-ilma.

    Ir-rata tal-għajnuna disponibbli mid-dipartiment se tkun varjabbli skont il-pożizzjoni ġeografika tal-azjenda b'rabta ma' żoni prijoritarji fir-rigward ta' protezzjoni.

    It-tagħmir li ġej, li jippermetti l-limitazzjoni tar-riskji tat-tniġġis minn sorsi partikolari, se jkun eliġibbli:

    il-faċilitajiet għall-ħżin tal-prodotti fitosanitarji,

    il-pjattaformi għall-mili tat-tagħmir għall-isprejjar,

    it-tankijiet għall-ħżin tal-fjuwil jew tal-fertilizzanti likwidi meta l-istallazzjonijiet ikunu taħt il-limiti tal-istallazzjonijiet ikklassifikati u għalhekk ma jkunux obbligatorji,

    it-tagħmir kollu relatat mat-tagħmir tal-isprejjar (inkorporaturi, tankijiet tat-tlaħliħ, valvijiet li ma jippermettux ħruġ (antireturn), …).

    Sabiex ikunu limitati r-riskji tat-tniġġis imxerred, se jkunu eliġibbli

    għodod għat-tifrix,

    pajpijiet,

    mħaret mgħammra b'diski,

    mħaret mgħammra b'sinniet,

    imwejjed għat-tifrix,

    tagħmir biex jingħata l-kompost.

    L-għajnuniet se jingħataw skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

    Din l-iskema diġà kienet soġġetta għal proċedura ta' eżenzjoni għall-perjodu 2006-2008 taħt ir-referenza XA 109/06.

    Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu kollu (SMEs)

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Monsieur le Président du département de Seine-Maritime

    Quai Jean Moulin

    76101 Rouen Cedex 1

    FRANCE

    Indirizz tal-Internet: http://www.seinemaritime.net/guidedesaides/medias/File/aide-aux-investissements-pour-la-protection-des-points-de-production-d-eau-potable-+-formulaires-t2.pdf

    Informazzjoni oħra: —


    Top